Suċċessjonijiet

Svezja

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Svezja

Il-Liġi tal-Familja - materji ta' suċċessjoni


*input mandatarju

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Ir-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 45(1)

- il-qorti distrettwali (tingsrätt)

L-appelli kontra deċiżjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

- L-appell skont l-Artikolu 50(2) isir quddiem il-qorti li tat id-deċiżjoni.

- il-qorti distrettwali (tingsrätt)

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

- il-qorti tal-appell (hovrätt) u l-Qorti Suprema (Högsta domstolen)

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

L-Aġenzija Żvediża tat-Taxxa (Skatteverket)

171 94 Solna

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

il-Proċedura: L-Att dwar il-kwistjonijiet ta' Qorti (1996:242) (lagen om domstolsärenden) japplika għall-appelli sakemm ir-Regolament dwar is-Suċċessjoni ma jistipulax mod ieħor.

Isem: il-qorti distrettwali, il-qorti tal-appell u l-Qorti Suprema

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

a) L-Aġenzija Żvediża tat-Taxxa

b) eżekutur tal-patrimonju (skiftesman)

c) eżekutur testamentarju (testamentsexekutor), meta jkun ukoll l-eżekutur tal-patrimonju mingħajr ħatra speċjali għal dan il-għan

d) amministratur speċjali tal-patrimonju (särskild boutredningsman), meta jkun ukoll l-eżekutur tal-patrimonju mingħajr ħatra speċjali għal dan il-għan

L-aħħar aġġornament: 20/09/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.