Notifika ta’ dokumenti (riformulazzjoni)

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 2020/1784

Informazzjoni ġenerali

Ir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (riformulazzjoni) ifittex li jtejjeb u jħaffef it-trażmissjoni tad-dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali għan-notifika bejn l-Istati Membri. Ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 mill-1 ta’ Lulju 2022.

Madankollu, is-sistema tal-IT deċentralizzata bħala mezz obbligatorju ta’ komunikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni u l-wasla ta’ talbiet, formoli u komunikazzjoni oħra se tibda tapplika biss mill-1 ta’ Mejju 2025 (l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25 (għal aktar dettalji ara l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2020/1784)).

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea inkluża d-Danimarka, li kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament permezz ta’dikjarazzjoni abbażi ta’ ftehim parallel konkluż mal-Komunità Ewropea.

Ir-Regolament jipprevedi modi differenti ta’ trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti: trażmissjoni permezz ta’ aġenziji mittenti u riċeventi, trażmissjoni b’mezzi konsulari jew diplomatiċi, notifika bis-servizzi postali, notifika elettronika u notifika diretta.

L-Aġenziji Mittenti huma kompetenti biex jittrażmettu dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji li jridu jiġu nnotifikati fi Stat Membru ieħor. L-Aġenziji Riċeventi huma kompetenti li jirċievu dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji minn Stat Membru ieħor. Il-Korp Ċentrali huwa responsabbli biex jforni informazzjoni lill-aġenziji mittenti u jfittex soluzzjonijiet għal kwalunkwe diffikultà li tista’ tinqala’ waqt it-trażmissjoni tad-dokumenti għan-notifika.

Ir-Regolament jipprevedi 12-il formola.

Il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Links relatati

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali


FINDING COMPETENT COURTS/AUTHORITIES

The search tool below will help you to identify court(s)/authority(ies) competent for a specific European legal instrument. Please note that although every effort has been made to ascertain the accuracy of the results, there may be some exceptional cases concerning the determination of competence that are not necessarily covered.

Serving documents


*mandatory input
L-aħħar aġġornament: 22/02/2023

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.