- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
- L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
- L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
- L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
- L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
- L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
- L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
- L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
- L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
- L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
- L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
- L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
- L-Artikolu 20 – Notifika diretta
- L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
- L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
- L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti), l-aġenziji mittenti tal-Awstrija huma l-qrati distrettwali, iżda wkoll il-qrati l-oħrajn kollha, dment li jkunu meħtieġa li jinnotifikaw dokumenti ġudizzjarji, pereżempju bħala qrati tal-prim’istanza.
L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (EU) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti), l-aġenziji riċeventi tal-Awstrija huma esklużivament il-qrati distrettwali.
L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
Anki wara li jsir applikabbli l-obbligu ta’ trażmissjoni tad-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati, tat-talbiet, eċċ. skont dan ir-Regolament permezz tas-sistema deċentralizzata tal-IT ibbażata fuq l-e-CODEX (l-Artikolu 5(1) flimkien mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament), fil-każ ta’ tfixkil f’din is-sistema tal-IT (l-Artikolu 5(4)), jistgħu jintużaw il-mezzi li huma disponibbli s’issa għat-trażmissjoni tad-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati, tat-talbiet, eċċ. – trażmissjoni bil-posta, b’servizzi ta’ konsenja oħrajn (eż. kurrier espress), permezz tal-posta elettronika u bil-faks.
L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
Il-formoli jistgħu jimtlew bl-Ingliż kif ukoll bil-Ġermaniż.
L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
Il-korp ċentrali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament huwa, għall-Awstrija kollha,
Il-Ministeru Federali għall-Ġustizzja
Museumstraße 7
1070 Wien
Telefown: (++43-1) 52 1 52 0
Faks: (++43-1) 52 1 52 2727
Posta elettronika: team.z@bmj.gv.at
L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Tista’ ssib l-indirizzi tar-riċevituri fl-Awstrija kif ġej (l-Artikolu 7(1)(c)):
Ir-Reġistru Ċentrali tal-Popolazzjoni (Zentrale Melderegister – “ir-reġistru”) jinsab fil-Ministeru Federali Awstrijak għall-Intern. Dan huwa reġistru pubbliku li fih il-persuni kollha rreġistrati bir-residenza prinċipali tagħhom u – meta jkun applikabbli – bir-residenza jew residenzi sekondarji fl-Awstrija. Ir-reġistru jinkludi data dwar l-identità (eż., l-isem, il-ġeneru, id-data tat-twelid, in-numru fir-reġistru, in-nazzjonalità, eċċ.) u d-data tar-residenza ta’ individwi. Ir-reġistrazzjoni jew id-dereġistrazzjoni ta’ post ta’ residenza fl-Awstrija hija obbligatorja.
L-insinwazzjonijiet fir-reġistru jsiru mid-diversi awtoritajiet ta’ reġistrazzjoni, uffiċċji tar-reġistru ċivili u uffiċċji taċ-ċittadinanza tal-bliet u l-muniċipalitajiet tal-Awstrija. Dan jista’ jiġi aċċessat online mill-awtoritajiet kollha (eż. awtoritajiet distrettwali, awtoritajiet tal-pulizija). Fuq talba, il-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, l-avukati, in-nutara, eċċ. spezzjonati mill-Ministeru Awstrijak għall-Intern ukoll ikollhom aċċess dirett.
Kulħadd jista’ (iħallas sabiex) jitlob informazzjoni tar-reġistrazzjoni dwar ir-residenza prinċipali ta’ persuna mingħand l-awtoritajiet ta’ reġistrazzjoni.
Sabiex jiġi llokalizzat individwu, kemm il-persuni fiżiċi kif ukoll dawk ġuridiċi jistgħu jiksbu informazzjoni dwar persuni rreġistrati mir-reġistru billi jitolbu informazzjoni dwar ir-residenza prinċipali tal-persuna. Informazzjoni dwar id-data tat-twelid tista’ tintalab biss minn persuni li jkollhom titolu eżekuttiv kontra l-persuna/i mitluba.
Bħala regola ġenerali, tiġi pprovduta biss informazzjoni dwar ir-residenza prinċipali tal-persuna. Jekk persuna li jintalbu d-dettalji tagħha ma jkollhiex residenza prinċipali ġenwina, tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-aħħar residenza prinċipali tagħha li tkun ġiet dereġistrata.
Informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tista’ tinkiseb bil-kundizzjoni li l-persuna li d-dettalji tagħha jintalbu tkun distinta individwalment minn ċerti karatteristiċi, b’mod illi l-informazzjoni pprovduta ma tkunx tista’ tirrelata ma’ iktar minn persuna waħda. Sabiex tinkiseb informazzjoni, huma meħtieġa l-isem u l-kunjom u tal-inqas karatteristika addizzjonali waħda tal-persuna mitluba sabiex il-persuna tkun tista’ tiġi identifikata b’mod definittiv (eż. id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, in-nazzjonalità jew l-indirizz preċedenti).
L-awtorità kompetenti hija l-awtorità ta’ reġistrazzjoni, jiġifieri l-awtorità muniċipali; fi bliet bi statut hija l-kunsill lokali u fi Vjenna hija l-uffiċċju muniċipali distrettwali.
Talbiet għal dettalji tar-reġistrazzjoni jistgħu jsiru informalment personalment, bil-posta jew permezz tal-internet.
Id-dettalji tar-reġistrazzjoni jistgħu jintalbu online mis-sit web tar-reġistru jew permezz ta’ oesterreich.gv.at. Huma meħtieġa karta taċ-ċittadin attivata u faċilità ta’ ħlas elettroniku. L-informazzjoni mitluba tiġi pprovduta malli titħallas t-tariffa amministrattiva. It-tariffa amministrattiva attwali ta’ EUR 3.30 tkun dovuta anke jekk it-tiftixa ma tipproduċix riżultat ċar.
Huwa meħtieġ ritratt uffiċjali tal-ID sabiex jinkisbu d-dettalji ta’ reġistrazzjoni. Fil-każ ta’ talbiet bil-miktub, għandu jiġi ppreżentat id-dokument uffiċjali oriġinali jew kopja awtentikata tiegħu minn nutar jew minn qorti.
Talbiet bil-miktub huma suġġetti għal tariffa ta’ EUR 14.30. Tiftix fir-reġistru tal-popolazzjoni lokali jiswa EUR 2.10 u tiftix fir-Reġistru Ċentrali tal-Popolazzjoni jiswa EUR 3.30.
L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
Il-Formola A tista’ timtela’ bl-Ingliż kif ukoll bil-Ġermaniż.
L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
It-traduzzjonijiet li setgħu ġew prodotti b’ordni ta’ qorti ma humiex aċċettabbli.
L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
Jidher li attwalment ma hemm l-ebda dokument fil-liġi Awstrijaka tat-tip imsemmi fl-Artikoli 12(5) u 13(2).
L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
Iċ-ċertifikat (formola K) tista’ timtela bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.
L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
Ma japplikawx tariffi fissi.
L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
L-Awstrija ma topponix in-notifika skont l-Artikolu 17(1).
L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
L-Awstrija ma stabbiliet l-ebda kundizzjoni addizzjonali għan-notifika elettronika permezz tal-posta elettronika skont l-Artikolu 19(1)(b) flimkien mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (EU) 2020/1784 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti).
L-Artikolu 20 – Notifika diretta
In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji direttament permezz ta’ uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru indirizzat ma hijiex permessa skont id-dritt Awstrijak.
L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
Minkejja l-Artikolu 22(1), il-qrati Awstrijaki jistgħu jiddeċiedu dwar kwistjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(2).
L-Awstrija ma stabbilietx skadenza kif imsemmi fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 22(4) għall-preżentata ta’ rikors għall-istabbiliment mill-ġdid ta’ drittijiet.
L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
Kif diġà ġie nnotifikat permezz tal-ittri tat-23 ta’ Frar 2009 mill-Ministeri Federali tal-Ġustizzja Ġermaniżi u Awstrijaki dwar ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007, dawn li ġejjin għandhom ikomplu japplikaw bejn il-Ġermanja u l-Awstrija:
Fir-rigward tal-assistenza legali reċiproka, sa fejn din tirrigwarda wkoll in-notifika ta’ proċess, il-Ġermanja u l-Awstrija ikomplu japplikaw il-ftehim konkluż mill-Gvernijiet tagħhom fis-6 ta’ Ġunju 1959 dwar is-simplifikazzjoni ulterjuri tat-tranżazzjonijiet legali skont il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 (ippublikata fil-Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka Nru 27/1960 u fil-Gazzetta tal-Liġi Federali Ġermaniża Nru 1959 II, p. 1523).
L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
S’issa għadu ma jeżisti l-ebda pjan speċifiku għal dan.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.