- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
- L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
- L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
- L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
- L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
- L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
- L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
- L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
- L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
- L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
- L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
- L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
- L-Artikolu 20 – Notifika diretta
- L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
- L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
- L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
L-aġenziji mittenti Kroati kompetenti għan-notifika ta’ dokumenti barra mill-pajjiż huma kif ġej:
- fil-każ ta’ dokumenti ġudizzjarji, il-qorti li hija obbligata twettaq in-notifika;
- fil-każ ta’ dokumenti ekstraġudizzjarji, il-qorti muniċipali (općinski sud) li fit-territorju tagħha l-korp jew il-persuna li titlob in-notifika ta’ dokumenti barra mill-pajjiż tkun domiċiljata, abitwalment residenti jew stabbilita;
- fil-każ ta’ dokumenti li ġew iċċertifikati jew maħruġa minn nutara, il-qorti muniċipali li huma stabbiliti fit-territorju tagħha.
L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
L-aġenzija mittenti kompetenti għan-notifika ta’ dokumenti fil-Kroazja hija l-qorti muniċipali li d-dokumenti jridu jiġu nnotifikati fit-territorju tagħha.
L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
Id-dokumenti jiġu aċċettati b’email u bil-posta.
L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
Il-formola standard stabbilita fl-Anness I tista’ timtela bl-Ingliż.
L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (Ministarstvo pravosuđa i uprave Republike Hrvatske)
Ulica grada Vukovara 49
10000 Zagreb
Tel.: +385 1 371 40 00
Sit web: https://mpu.gov.hr/
L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
Il-Kroazja se tipprovdi assistenza għall-mistoqsijiet dwar l-indirizzi fit-territorju tagħha skont l-Artikolu 7(1)(a), jiġifieri billi taħtar l-awtoritajiet li l-aġenziji mittenti jistgħu jibagħtu talbiet lilhom biex jiġi ddeterminat l-indirizz tal-persuna li trid tiġi nnotifikata.
L-aġenziji mittenti jistgħu jibagħtu talbiet biex jiddeterminaw l-indirizz tal-persuna li trid tiġi nnotifikata lil:
Il-Ministeru għall-Intern tar-Repubblika tal-Kroazja (Ministarstvo unutarnjih poslova Republike Hrvatske)
Id-Direttorat għall-Immigrazzjoni, iċ-Ċittadinanza u l-Affarijiet Amministrattivi (Uprava za imigraciju, državljanstvo i upravne poslove)
Ilica 335
10000 Zagreb
Posta elettronika: prijavnistvo@mup.hr
L-aġenziji riċeventi Kroati, fuq inizjattiva tagħhom stess, jippreżentaw talbiet għal informazzjoni dwar indirizzi lir-reġistri tal-persuni jew lil bażijiet tad-data oħrajn, f’każijiet meta l-indirizz indikat fit-talba għan-notifika jkun żbaljat.
L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
Il-formola A fl-Anness I tista’ timtela bl-Ingliż.
L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
Il-formola K fl-Anness I tista’ timtela bl-Ingliż.
L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
Mhux applikabbli taħt il-qafas leġiżlattiv nazzjonali.
L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
Il-Kroazja topponi n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji permezz ta’ aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari fit-territorju tagħha, sakemm id-dokumenti ma jkunux iridu jiġu nnotifikati liċ-ċittadini tal-Istat Membru li d-dokumenti joriġinaw minnu.
L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 20 – Notifika diretta
L-Att dwar il-Proċedura Ċivili jipprevedi li d-dokumenti jiġu nnotifikati bil-posta jew minn uffiċjal ġudizzjarju speċifiku, jiġifieri impjegat ta’ qorti, permezz ta’ awtorità amministrattiva kompetenti jew nutar pubbliku jew direttament fil-qorti, jew b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Att. Fuq talba ta’ parti li tiddikjara li lesta tħallas l-ispejjeż imġarrba, il-qorti tista’, b’deċiżjoni li ma jista’ jiġi ppreżentat l-ebda appell kontriha, tordna li n-notifika ta’ dokument tiġi fdata lil nutar pubbliku. F’dak il-każ, il-qorti tpoġġi d-dokument li jrid jiġi nnotifikat flimkien mad-deċiżjoni tagħha f’envelopp speċjali u tgħaddih lil dik il-parti.
Għalhekk, fuq it-talba ta’ persuna interessata fl-eżitu tal-proċedimenti tal-qorti, in-notifika diretta ta’ dokumenti fil-Kroazja permezz tan-nutar pubbliku kompetenti hija permessa.
Nutar pubbliku ma huwiex obbligat li jinnotifika dokument jekk l-ispejjeż biex iwettaq dik l-azzjoni ma jkunux tħallsu lilu minn qabel. Il-parti tħallas l-ispejjeż minn qabel direttament fil-kont tan-nutar pubbliku.
L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
Talba għall-ħelsien mir-responsabbiltà ma tkunx permessa jekk tiġi sottomessa aktar minn sena wara l-adozzjoni tas-sentenza.
Il-qrati Kroati jistgħu jagħtu sentenzi jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(2) jiġu ssodisfati.
L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja tas-7 ta’ Frar 1994 dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali.
L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Il-Kroazja ma hijiex f’pożizzjoni li topera s-sistema tal-IT deċentralizzata fi stadju aktar bikri minn dak meħtieġ mir-Regolament.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.