- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
- L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
- L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
- L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
- L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
- L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
- L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
- L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
- L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
- L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
- L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
- L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
- L-Artikolu 20 – Notifika diretta
- L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
- L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
- L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
Il-Qrati.
L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
Qrati distrettwali (okresní soudy) (fi Praga: obvodní soudy, f’Brno: Městský soud).
L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
Mezzi ta’ riċevuta disponibbli:
- b’detentur ta’ liċenzja postali;
- b’faks;
- bil-posta elettronika.
L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
Il-formola tista’ timtela biċ-Ċek, bis-Slovakk jew bl-Ingliż.
L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
Ministry of Justice (Ministerstvo spravedlnosti)
International Civil Department
Vyšehradská 16
128 10 Prague 2
Telefown: +420-221-997-111
Faks: +420-224-919-927
Indirizz tal-posta elettronika: posta@msp.justice.cz
L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
- L-Artikolu 7(1)(a)
Il-qorti distrettwali (okresní soud) (fi Praga: obvodní soud, f’Brno: Městský soud) li l-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-aħħar indirizz magħruf tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli jew, meta jkun xieraq, il-qorti distrettwali li l-persuna li għandha tiġi nnotifikata skont l-informazzjoni disponibbli tkun preżenti fil-ġuriżdizzjoni tagħha.
- L-Artikolu 7(2)(c)
Jekk it-talba tinkludi l-indirizz tad-destinatarju fejn in-notifika ma rnexxietx, il-qorti tikkonsulta s-Sistema ta’ Informazzjoni rilevanti bl-għan li tistabbilixxi l-indirizz tar-residenza għal żmien twil ta’ persuna fiżika, il-post tan-negozju ta’ imprenditur li jkun persuna fiżika, u l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat jew l-indirizz ta’ unità organizzazzjonali reġistrata fir-reġistru rilevanti fil-każ ta’ entità ġuridika.
Il-qorti tinvestiga wkoll jekk id-destinatarju jkollux kaxxa postali tad-data reġistrata fiċ-Ċekja; jekk id-destinatarju jkollu kaxxa tal-ittri tad-data reġistrata, il-qorti tinnotifika d-dokumenti fil-kaxxa postali tad-data biss permezz tan-network tad-data pubblika. L-istabbiliment ta’ kaxxa postali tad-data hu obbligatorju biss għall-entitajiet ġuridiċi u (mill-1 ta’ Jannar 2023 ’il quddiem) għall-imprendituri li huma persuni fiżiċi wkoll. Għal persuni fiżiċi li mhumiex involuti f’negozju, mhuwiex obbligatorju.
L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
Minbarra ċ-Ċek, iċ-Ċekja taċċetta wkoll il-formoli standard mimlija bis-Slovakk jew bl-Ingliż.
L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
Fiċ-Ċekja ma ġie stabbilit l-ebda perjodu bħal dan għan-notifika ta’ dokumenti.
L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
Minbarra ċ-Ċek, iċ-Ċekja taċċetta wkoll ċertifikati ta’ notifika mimlija bis-Slovakk jew bl-Ingliż.
L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
Fiċ-Ċekja, in-notifika ma hijiex soġġetta għal tariffi.
L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
Iċ-Ċekja tiddikjara li ma hijiex kontra notifika bħal din fit-territorju tagħha.
L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
Iċ-ċertifikat tan-notifika ta’ dokumenti mibgħut bil-posta elettronika jrid ikun iffirmat b’firma elettronika bbażata fuq ċertifikat ta’ firma elettronika kwalifikata, jew b’firma elettronika kwalifikata.
L-Artikolu 20 – Notifika diretta
Iċ-Ċekja tiddikjara li l-liġi Ċeka ma tippermettix notifika ta’ dan it-tip fit-territorju tagħha.
L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
- L-Artikolu 22(2)
Minkejja l-Artikolu 22(1), il-qrati fiċ-Ċekja jistgħu jagħtu sentenza anki jekk ma jkun ġie riċevut l-ebda ċertifikat tan-notifika jew tal-konsenja, jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha fl-Artikolu 22(2).
- L-Artikolu 22(4)
Ma hemm l-ebda terminu ta’ dan it-tip fiċ-Ċekja.
L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Mhux applikabbli.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.