Notifika ta’ dokumenti (riformulazzjoni)

Estonja

Il-kontenut ipprovdut minn
Estonja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Estonja

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti

L-aġenziji responsabbli għat-trażmissjoni ta’ dokumenti ġudizzjarji fl-Estonja, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (riformulazzjoni), huma l-qrati tal-kontea, il-qrati distrettwali u l-Qorti Suprema, skont fejn tinstema’ l-kawża li d-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati għaliha, filwaqt li l-aġenzija responsabbli biex tibgħat dokumenti ekstraġudizzjarji hi l-Ministeru għall-Ġustizzja (Justiitsministeerium).

L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi

L-aġenzija responsabbli biex tirċievi dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji, kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament, hi l-qorti tal-kontea li fil-ġuriżdizzjoni tagħha għandu jiġi nnotifikat id-dokument.

L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti

Id-dokumenti jistgħu jiġu riċevuti bil-posta, bil-faks jew b’mod elettroniku, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (tsiviilkohtumenetluse seadustik).

L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I

L-Estonja taċċetta formoli standard kemm bl-Estonjan kif ukoll bl-Ingliż.

L-Artikolu 4 – Korp ċentrali

Il-funzjonijiet tal-korp ċentrali, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament, jitwettqu mill-Ministeru għall-Ġustizzja. Id-dettalji ta’ kuntatt:

Suur-Ameerika 1

10122 Tallinn, Estonia

Tel.: (+372) 620 8183

Faks: (+372) 620 8109

Indirizz tal-posta elettronika:  central.authority@just.ee

http://www.just.ee/

L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

Biex tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 7(1)(c), l-Estonja tipprovdi informazzjoni dettaljata permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika dwar kif jinstabu l-indirizzi tal-persuni li għandhom jiġu nnotifikati.

  • L-awtorità emittenti:

Tallinn Civil Registry Office

Pärnu mnt 67

10135 Tallinn

L-Estonja

Indirizz tal-posta elettronika: perekonnaseisuamet@tallinnlv.ee

  • L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati:

Tallinn Civil Registry Office

Pärnu mnt 67

10135 Tallinn

L-Estonja

  • L-applikazzjoni trid tindika:
    • liema dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati jeħtieġu l-indirizz ta’ persuna (b’dokumentazzjoni li tikkorrobora għalfejn dan hu meħtieġ);
    • konferma li l-ħtieġa għall-informazzjoni inkwistjoni tirriżulta mir-Regolament;
    • konferma li l-informazzjoni inkwistjoni se tintuża biss għall-għan maħsub;
    • min ħallas għall-provvista tal-informazzjoni inkwistjoni u f’liema data (huwa rakkomandat li tinhemeż ordni ta’ ħlas li tiċċertifika li l-ħlas sar);
    • informazzjoni li tippermetti li jiġi identifikat l-applikant (inkluża kopja tal-paġna tad-data personali tad-dokument tal-identità tal-applikant, li għandha tinhemeż mal-applikazzjoni).

Formola ta’ applikazzjoni: [qabel ma jibda japplika r-Regolament, se jiddaħħal link għall-formola ta’ applikazzjoni]

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi bl-Estonjan jew bl-Ingliż.

  • Il-ħruġ tal-informazzjoni hu soġġett għall-ħlas ta’ tariffa, jiġifieri t-tariffa ta’ EUR 15 tal-Istat għall-ħruġ ta’ informazzjoni dwar persuna.

Dettalji tal-ħlas:

Riċevitur:                                Il-Ministeru għall-Finanzi

Kontijiet kurrenti:             SEB Pank EE891010220034796011 (SWIFT: EEUHEE2X),

Swedbank EE932200221023778606 (SWIFT: HABAEE2X),

Luminor Bank EE701700017001577198 (SWIFT: NDEAEE2X),

Nru ta’ ref:                   2900082511

Komunikazzjoni:                          isem il-persuna li jkun qed jitfittex l-indirizz tagħha

  • L-informazzjoni tinħareġ:
    • bil-posta elettronika fuq l-indirizz tal-posta elettronika indikat fl-applikazzjoni; jew
    • bil-posta reġistrata jew bil-posta standard fuq l-indirizz postali tal-applikant indikat fl-applikazzjoni.
  • Informazzjoni addizzjonali:
    • Jekk ikun hemm xi problema fl-applikazzjoni, l-Uffiċċju tar-Reġistru Ċivili ta’ Tallinn jikkuntattja lill-applikant biex jitlob kjarifiki jew dokumentazzjoni ulterjuri.
    • Jekk l-Uffiċċju tar-Reġistru Ċivili ta’ Tallinn jikkonkludi li l-ħruġ tal-informazzjoni inkwistjoni ma jkunx ġustifikat jew jista’ jagħmel ħsara lill-persuna li tkun qed tintalab informazzjoni dwar l-indirizz tagħha, hu jista’ jiddeċiedi li ma joħroġx dik l-informazzjoni.
    • Jekk tqis li nkisrulek id-drittijiet tiegħek jew li ġew ristretti l-libertajiet tiegħek, għandek 30 jum biex tagħmel ilment mal-Ministeru għall-Intern (Siseministeerium) [qabel ma jibda japplika r-Regolament, se jiddaħħal link għas-sit web tal-Ministeru għall-Intern b’informazzjoni aktar dettaljata].
    • Jista’ jitressaq ukoll appell quddiem il-Qorti Amministrattiva ta’ Tallinn (Tallinna Halduskohus), soġġett għall-kundizzjonijiet u f’konformità mal-proċedura stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva (halduskohtumenetluse seadustik), fi żmien 30 jum min-notifika tal-ordni (għal aktar informazzjoni, ara: https://www.kohus.ee/kohtusse-poordujale/halduskohtumenetlus).

L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti

L-Estonja taċċetta l-formoli standard imsemmija fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament kemm bl-Estonjan kif ukoll bl-Ingliż.

L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument

Il-lingwa uffiċjali fl-Estonja kif imsemmija fl-Artikolu 12(1)(b) u (2)(a) hi l-Estonjan.

L-Artikolu 13 – Data tan-notifika

Il-liġi Estonjana ma tistabbilixxi ebda data speċifika ta’ dan it-tip.

L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat

L-Estonja taċċetta l-formoli standard imsemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament kemm bl-Estonjan kif ukoll bl-Ingliż.

L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika

Ġeneralment, id-dokumenti jiġu nnotifikati mingħajr ħlas.

Jekk l-aġenzija riċeventi tuża uffiċjal ġudizzjarju biex tinnotifika att proċedurali, it-tariffa pagabbli għan-notifika tad-dokument tkun ta’ EUR 40, jekk ikun possibbli li d-dokument jiġi nnotifikat lid-destinatarju jew lir-rappreżentant legali tiegħu:

  1. permezz tal-indirizz jew tad-data tat-telekomunikazzjoni mdaħħla fir-reġistru tal-popolazzjoni jew permezz tal-indirizz tal-posta elettronika: isikukood@eesti.ee (isikukood = kodiċi tal-ID personali);
  2. f’indirizz imdaħħal fir-reġistru tal-persuni li jaħdmu għal rashom u tal-persuni ġuridiċi miżmum fl-Estonja jew permezz tad-data tat-telekomunikazzjoni rreġistrata fis-sistema ta’ informazzjoni ta’ dak ir-reġistru.

F’każijiet mhux imsemmija hawn fuq, it-tariffa pagabbli lil uffiċjal ġudizzjarju għan-notifika tad-dokumenti proċedurali hi ta’ EUR 70. Jekk il-persuna li trid tiġi nnotifikata bid-dokumenti jkollha obbligu legali li tirreġistra l-indirizz jew id-data tat-telekomunikazzjoni tagħha fir-reġistru tal-popolazzjoni jew fir-reġistru tal-persuni li jaħdmu għal rashom u tal-persuni ġuridiċi miżmum fl-Estonja u l-persuna ma tkunx irrispettat dak l-obbligu, anki jekk id-data mdaħħla fir-reġistru tkun skaduta jew żbaljata għal kwalunkwe raġuni oħra, u għalhekk id-dokumenti proċedurali ma jkunux jistgħu jiġu nnotifikati fuq il-bażi ta’ dik id-data, EUR 35 mit-tariffa msemmija aktar ’il fuq ta’ EUR 70 ikollha titħallas, f’konformità mad-deċiżjoni dwar it-tariffa tal-uffiċjal ġudizzjarju, mill-persuna li tapplika għas-servizzi professjonali u EUR 35 mill-persuna li kellha tiġu nnotifikata bid-dokumenti.

Jekk att proċedurali ma jkunx jista’ jiġi nnotifikat minkejja li l-uffiċjal ġudizzjarju ikun għamel dak kollu neċessarju u raġonevolment possibbli biex jinnotifika d-dokument f’konformità mal-proċedura prevista mil-liġi, l-uffiċjal ġudizzjarju jkollu d-dritt li jitlob tariffa ta’ EUR 40 billi joħroġ deċiżjoni dwar it-tariffa tal-uffiċjal ġudizzjarju u l-istrument ta’ notifika rigward il-passi li l-uffiċjal ġudizzjarju ikun ħa biex jinnotifika d-dokument.

Uffiċjal ġudizzjarju ma jistax jitlob tariffa jekk l-uffiċjal ġudizzjarju ma jkunx għamel dak kollu neċessarju u raġonevolment possibbli biex jinnotifika d-dokumenti f’konformità mal-proċedura prevista fil-liġi matul il-perjodu stabbilit minn qorti u jekk ma kienx possibbli li jinnotifika l-atti proċedurali.

L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari

F’konformità mal-Artikolu 17, id-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-aġenti diplomatiċi jew konsulari ta’ Stat Membru ieħor li jinsabu fl-Estonja biss jekk ikunu se jiġu nnotifikati lil ċittadin tal-Istat Membru minn fejn joriġinaw id-dokumenti.

L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku

Skont l-Artikolu 19(2), l-Estonja tikkomunika dawn li ġejjin:

Skont il-liġi tal-Estonja, att proċedurali jitqies notifikat lir-riċevitur bil-posta elettronika jekk ir-riċevitur jikkonferma r-riċevuta tiegħu. Din il-konferma trid tipprovdi d-data tar-riċevuta tad-dokument u tkun iffirmata mir-riċevitur jew mir-rappreżentant tiegħu. Konferma f’forma elettronika jrid ikollha fuqha l-firma diġitali tal-mittent jew tintbagħat b’mod sigur ieħor li jippermetti li jiġi identifikat il-mittent u li jiġi stabbilit il-ħin li fih intbagħat id-dokument, ħlief jekk il-qorti ma jkollha ebda raġuni għaliex tiddubita li l-konferma mingħajr firma diġitali tkun intbagħtet mir-riċevitur jew mir-rappreżentant tiegħu. Il-konferma f’forma elettronika tista’ tintbagħat lill-qorti bil-posta elettronika jekk l-indirizz tal-posta elettronika tar-riċevitur ikun magħruf mill-qorti u jkun jista’ jiġi preżunt li persuni mhux awtorizzati ma jkollhomx aċċess għalih u wkoll jekk il-qorti tkun diġà bagħtet dokumenti fuq dan l-indirizz tal-posta elettronika matul l-istess kawża jew jekk il-parteċipant fil-proċedimenti jkun ipprovda l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu lill-qorti b’mod indipendenti. Ir-riċevitur jeħtieġlu jibgħat konferma lill-qorti mingħajr dewmien. Qorti tista’ timmulta lil parteċipant fil-proċedimenti jew lir-rappreżentant tiegħu għall-ksur ta’ dan l-obbligu.

L-Artikolu 20 – Notifika diretta

Fl-Estonja, id-dokumenti ma jistgħux jiġu nnotifikati bil-mod stabbilit fl-Artikolu 20 tar-Regolament.

L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti

Qorti Estonjana tista’ toħroġ verdett ukoll dwar kawża fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament jekk ma jkun ġie riċevut l-ebda ċertifikat dwar in-notifika ta’ att proċedurali lill-intimat. Ir-rikorsi għal ħelsien jistgħu jiġu ppreżentati quddiem qorti fi żmien sena mill-ħruġ ta’ deċiżjoni li ttemm il-proċedimenti f’kawża.

L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri

- Il-Ftehim bejn l-Estonja u l-Polonja dwar l-Għoti ta’ Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, tax-Xogħol u Kriminali

- Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Litwanja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali

L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

-
L-aħħar aġġornament: 23/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.