Notifika ta’ dokumenti (riformulazzjoni)

Finlandja

Il-kontenut ipprovdut minn
Finlandja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Finlandja

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti

L-aġenziji trażmettituri huma l-qrati distrettwali (käräjäoikeudet), il-Qorti tas-Suq (markkinaoikeus), il-qrati tal-appell (hovioikeudet), il-Qorti Suprema (korkein oikeus), l-Awtorità Nazzjonali tal-Eżekuzzjoni (ulosottolaitos) u l-Ministeru tal-Ġustizzja (oikeusministeriö).

L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi

L-aġenziji riċevituri huma l-qrati distrettwali.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti

Id-dokumenti jistgħu jiġu sottomessi bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika.

L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I

Il-Finlandiż, l-Iżvediż u l-Ingliż.

L-Artikolu 4 – Korp ċentrali

Il-korp ċentrali hu l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Oikeusministeriö [Il-Ministeru tal-Ġustizzja]

PL 25

FIN-00023 Valtioneuvosto [Il-Gvern]

Tel.: (358-9) 16 06 76 28

Faks: (358-9) 16 06 75 24

Indirizz tal-posta elettronika: central.authority.om@gov.fi

Id-dokumenti jistgħu jiġu sottomessi bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika.

Lingwi: Il-Finlandiż, l-Iżvediż, l-Ingliż

L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

Artikolu 7(1)(c): fil-Finlandja, it-talbiet sabiex jinstab l-indirizz ta’ persuna li għandha tiġi nnotifikata b’dokument jistgħu jsiru lill-Aġenzija tas-Servizzi Diġitali u tal-Popolazzjoni (Digi- ja väestötietovirasto). Estratti mis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Popolazzjoni Finlandiża jistgħu jiġu ordnati mingħand l-Aġenzija tas-Servizzi Diġitali u tal-Popolazzjoni għall-finijiet awtorizzati. Hemm tariffa għall-estratti.

Aktar dettalji dwar kif tordna estratti, informazzjoni dwar it-tariffi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Aġenzija tas-Servizzi Diġitali u tal-Popolazzjoni huma disponibbli:

bil-Finlandiż: https://dvv.fi/muut-todistukset

bl-Iżvediż: https://dvv.fi/sv/ovriga-intyg

bl-Ingliż: https://dvv.fi/en/other-certificates

Artikolu 7(2)(c): Fil-Finlandja, l-uffiċjali ġudizzjarji tal-qrati distrettwali għandhom aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Popolazzjoni, li jistgħu jużaw biex jivverifikaw id-dettalji tal-indirizz kurrenti jekk l-indirizz indikat fit-talba għan-notifika ma jkunx korrett.

L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti

Il-formola tat-talba tista’ timtela bil-Finlandiż bl-Iżvediż jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument

-

L-Artikolu 13 – Data tan-notifika

-

L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat

Il-formola taċ-ċertifikat tista’ timtela bil-Finlandiż bl-Iżvediż jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika

Aġenziji trażmettituri barranin ma jintalbux iħallsu tariffa għan-notifika ta’ dokumenti.

L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari

Il-Finlandja ma topponix dan il-mezz ta’ notifika.

L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 20 – Notifika diretta

Il-Finlandja ma topponix dan il-mezz ta’ notifika. L-uffiċjali ġudizzjarji tal-qrati distrettwali huma l-awtoritajiet kompetenti għal dan.

L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti

Il-Finlandja ma għandhiex komunikazzjonijiet x’tagħmel b’rabta mal-Artikolu 22(2) jew (4).

L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri

Il-Konvenzjoni Nordika tas-26 ta’ April 1974 dwar l-assistenza legali reċiproka fin-notifika ta’ dokumenti u fil-ġbir ta’ provi.

L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

-
L-aħħar aġġornament: 04/10/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.