- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
- L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
- L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
- L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
- L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
- L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
- L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
- L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
- L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
- L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
- L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
- L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
- L-Artikolu 20 – Notifika diretta
- L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
- L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
- L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
L-aġenziji mittenti fi Franza huma l-kummissarji ġudizzjarji (isem ġdid mogħti lill-uffiċjali ġudizzjarji mill-1 ta’ Lulju 2022) u r-reġistri tal-qorti.
L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
L-aġenziji riċeventi fi Franza huma l-kummissarji ġudizzjarji.
L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
Id-dokumenti jistgħu jaslu bil-posta.
L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
Franza taċċetta l-formola standard għat-talba li tinsab fl-Anness I jekk timtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi li ġejjin: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan jew l-Ispanjol.
L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
Il-korp ċentrali huwa d-Dipartiment għall-Assistenza Reċiproka, id-Dritt Internazzjonali Privat u d-Dritt tal-UE (Département de l’entraide, du droit international privé et européen – DEDIPE)
Indirizz:
Ministère de la Justice (Ministeru għall-Ġustizzja)
Direction des Affaires Civiles et du Sceau (Direttorat għall-Affarijiet Ċivili u s-Siġilli)
Département de l’entraide, du droit international privé et européen (Dipartiment għall-Assistenza Reċiproka, id-Dritt Internazzjonali Privat u d-Dritt tal-UE)
13, place Vendôme
F-75042 Paris Cedex 01
Tel.: 00 33 (0)1 44 77 61 05
Email: entraide-civile-internationale@justice.gouv.fr
Lingwi: il-Franċiż u l-Ingliż.
L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
Franza m’għandhiex awtorità kompetenti biex tfittex indirizz (7)(1)(a) jew reġistru tal-popolazzjoni (7)(1)(b).
Skont l-Artikolu (7)(1)(c), ir-rikorrenti huma mistiedna jikkonsultaw is-siti web ta’ informazzjoni li ġejjin:
- Għal tiftix għal indirizz ta’ individwu privat:
- is-servizz pubbliku
Sit web: https://www.service-public.fr/
- id-direttorju tat-telefown
Sit web: https://annuairepagesblanches.org/
- Għal tiftix għal indirizz ta’ kumpanija:
- l-Infogreffe
Sit web: https://www.infogreffe.fr/
- l-INPI
Sit web: https://www.inpi.fr/
Għal atti promoturi u ordnijiet ta’ eżekuzzjoni, ir-rikorrenti jistgħu jikkonsultaw ukoll lill-kummissarji ġudizzjarji kompetenti għall-qorti tal-appell li fiha d-destinatarju kellu l-aħħar domiċilju magħruf tiegħu.
L-informazzjoni kollha dwar il-kummissarji ġudizzjarji tista’ tinkiseb mill-Kamra Nazzjonali tal-Uffiċjali Ġudizzjarji:
Tel.: +33149701290
Email: cnhj@huissier-justice.fr
Sit web: http://www.huissier-justice.fr/
Skont l-Artikolu (7)(2)(c), Franza ma tindikax awtoritajiet li jistgħu jilqgħu t-talbiet ta’ tiftix ta’ indirizz.
L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
Franza taċċetta l-formola standard għat-talba A li tinsab fl-Anness I jekk timtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi li ġejjin: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan jew l-Ispanjol.
L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
Il-liġi Franċiża, ġeneralment ma tistipulax terminu li fih għandhom jiġu nnotifikati s-sentenzi.
Madankollu, is-sentenzi mogħtija in absentia jew is-sentenzi meqjusa bħala kontradittorji huma nulli u bla effett jekk ma jkunux ġew innotifikati fi żmien sitt xhur mid-data tagħhom (l-Artikolu 478 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Jekk ikun meħtieġ, il-proċedura tista’ titnieda mill-ġdid b’ċitazzjoni ġdida jekk il-proċedimenti ma jkunux preskritti biż-żmien.
L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
Franza taċċetta l-formola standard għat-talba K li tinsab fl-Anness I jekk timtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi li ġejjin: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan jew l-Ispanjol.
L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
It-tariffa fissa marbuta man-notifika mill-uffiċjal ġudizzjarju (huissier de justice) hija ta’ EUR 48.36 (id-Digriet (arrêté) tat-28 ta’ Frar 2020). Din it-tariffa trid titħallas meta jiġu nnotifikati d-dokumenti, sakemm ir-rikorrent ma jkunx se jingħata l-għajnuna legali.
Sabiex id-dokumenti jiġu nnotifikati fid-dipartimenti u l-kollettivitajiet ekstra-Ewropej, skont l-Artikolu A444-10 tal-Kodiċi Kummerċjali, it-tariffa tiżdied kif ġej:
- bi 30 % għall-Gżejjer Wallis u Futuna, Saint Pierre u Miquelon u Mayotte (jiġifieri EUR 62.87);
- b’29 % fid-dipartimenti ta’ Guadeloupe u Martinique (jiġifieri EUR 62.38);
- b’27 % fid-dipartiment ta’ Guyane (jiġifieri EUR 61.42);
- b’37 % fid-dipartiment ta’ La Réunion (jiġifieri EUR 66.25);
L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
Franza topponi li Stat Membru ieħor jinnotifika atti ġudizzjarji fit-territorju Franċiż permezz tal-kanali konsulari jew diplomatiċi, sakemm id-destinatarju tal-att ma jkunx ċittadin ta’ dak l-Istat Membru.
L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
Il-liġi nazzjonali ma tippermettix in-notifika ta’ dokument sempliċiment bl-email, madankollu, skont l-Artikolu 19(2), Franza taċċetta notifika elettronika bil-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
- il-proċedura użata trid tiggarantixxi l-affidabbiltà tal-identifikazzjoni tal-partijiet għall-komunikazzjoni elettronika, l-integrità tad-dokumenti indirizzati, is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-iskambji, il-ħżin tat-trażmissjonijiet magħmula u l-istabbiliment definittiv tad-data tad-dispaċċ u d-data tat-tqegħid għad-dispożizzjoni jew id-data tar-riċeviment mir-riċevitur (l-Artikolu 748-6 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili);
- sabiex ikun validu, id-dokument ta’ notifika jrid jiddikjara l-kunsens tad-destinatarju għan-notifika elettronika (l-Artikolu 662-1 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) u d-data u l-ħin li fihom id-destinatarju tad-dokument sar konxju tiegħu (l-Artikolu 663 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).
L-Artikolu 20 – Notifika diretta
Franza ma hijiex kontra l-possibbiltà ta’ notifika diretta prevista fl-Artikolu 20(1). Tali notifika diretta għandha tkun awtorizzata meta ssir mill-kummissarji ġudizzjarji u mir-reġistri tal-qorti, meta dak il-kompitu jkun fdat lilhom espressament bil-liġi nazzjonali.
L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
Meta dokument promotur jew dokument ekwivalenti jkun intbagħat lil Stat Membru ieħor għall-finijiet tan-notifika skont dan ir-Regolament u l-intimat ma jkunx deher, is-sentenza ma għandhiex tingħata qabel ma jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, imħallef Franċiż jista’ jagħti s-sentenza jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 2.
L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
Il-Konvenzjoni tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili
Il-Konvenzjoni tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Ekstraġudizzjarji f’Materji Ċivili jew Kummerċjali
Il-Ftehim bejn Franza u l-Ġermanja biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili, iffirmat fis-6 ta’ Mejju 1961
Il-Konvenzjoni dwar l-assistenza ġudizzjarja reċiproka f’materji ċivili u kummerċjali bejn Franza u l-Belġju tal-1 ta’ Marzu 1956, kif emendata bl-Iskambju ta’ Ittri tat-23 u t-30 ta’ Awwissu 1960
Il-Ftehim iffirmat fil-5 ta’ April 1967 bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Polonja bl-għan li jiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili
Il-Konvenzjoni tat-2 ta’ Frar 1922 biex jiġu ffaċilitati l-formalitajiet fil-proċedimenti bejn persuni li jirrisjedu fi Franza u fir-Renju Unit
Il-Ftehim bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja bl-għan li jiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili, iffirmat f’Belgrad fid-29 ta’ Ottubru 1969
Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Pariġi fil-5 ta’ Novembru 1974
Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza u l-Kooperazzjoni Legali bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika tal-Awstrija li tissupplimenta l-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili, iffirmata fi Vjenna fis-27 ta’ Frar 1979
Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Familjali, dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika Popolari tal-Ungerija, iffirmata f’Budapest fil-31 ta’ Lulju 1980
Il-Konvenzjoni bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja dwar l-Assistenza Legali u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi f’Materji Ċivili, Familjali u Kummerċjali, iffirmata fl-10 ta’ Mejju 1984
Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Bulgarija, iffirmata f’Sofija fit-18 ta’ Jannar 1989
L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Mhux disponibbli.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.