Notifika ta’ dokumenti (riformulazzjoni)

Greċja

Il-kontenut ipprovdut minn
Greċja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Greċja

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti

L-awtoritajiet kompetenti maħtura għat-trażmissjoni ta’ dokumenti ġudizzjarji jew ekstraġudizzjarji li għandhom jiġu nnotifikati fi Stat Membru ieħor (“aġenziji mittenti”) huma l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku ta’ (a) il-Qorti Suprema, (b) il-qrati tal-appell u (c) il-qrati tal-prim’istanza.

L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi

L-awtoritajiet kompetenti maħtura biex jirċievu dokumenti ġudizzjarji jew ekstraġudizzjarji minn Stat Membru ieħor (“aġenziji riċeventi”) huma l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku lokali fil-qrati tal-prim’istanza.

L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti

Mezzi disponibbli biex l-awtoritajiet jirċievu d-dokumenti: bil-posta.

L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I

Minbarra bil-Grieg, il-formola stabbilita fl-Anness I tista’ timtela bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 4 – Korp ċentrali

Il-korp ċentrali huwa l-Ministeru għall-Ġustizzja, id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat (indirizz postali: Leoforos Mesogeion 96, kodiċi postali 11527, kuntatt: Is-Sur Georgios Kouvelas, Tel.: +30 213 130 7529, +213 130 7480, indirizz elettroniku: civilunit@justice.gov.gr, gkouvelas@justice.gov.gr, xpappa@justice.gov.gr).

L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-Greċja tirriżerva d-dritt li tipprovdi informazzjoni f’data aktar tard.

L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti

Minbarra bil-Grieg, il-formola A stabbilita fl-Anness I tista’ timtela bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument

Mhux applikabbli fil-Greċja, peress li l-Greċja ma tittraduċix il-formola L fl-Anness I f’lingwa ta’ pajjiż terz.

L-Artikolu 13 – Data tan-notifika

F’kawżi skont il-proċedura ordinarja, in-notifika trid issir fi żmien 60 (sittin) jum tal-kalendarju minn meta l-każ jinġieb quddiem il-qorti.

L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat

Minbarra bil-Grieg, il-formola K stabbilita fl-Anness I tista’ timtela bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika

L-ispejjeż tan-notifika jkunu tariffa fissa ta’ EUR 50, li trid titħallas bi trasferiment tal-bank pagabbli lill-“Ministeru Elleniku għall-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem”, fuq il-kont bankarju li ġej: Bank of Greece, numru tal-kont bankarju: 23/2341147896, ΙΒΑΝ: GR9101000230000002341147896, kodiċi Swift: BNGRGRAA.

It-talbiet kollha għan-notifika jridu jużaw il-metodu deskritt. It-talbiet li ma jkunux akkumpanjati mill-irċevuta ta’ ħlas mill-bank meħtieġa jiġu rritornati mingħajr ma jiġu pproċessati.

L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari

Il-Greċja topponi n-notifika ta’ dokumenti tal-qorti minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari fit-territorju tagħha, sakemm id-dokumenti ma jkunux se jiġu nnotifikati lil persuni b’ċittadinanza tal-Istat Membru li minnu joriġinaw id-dokumenti.

L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku

Il-Greċja attwalment ma għandhiex l-intenzjoni li tikkomunika lill-Kummissjoni l-kundizzjonijiet addizzjonali li skonthom hija taċċetta notifika elettronika kif imsemmi fil-paragrafu 1(b).

L-Artikolu 20 – Notifika diretta

Il-Greċja ma għandha l-ebda riżerva dwar il-possibbiltà, prevista f’dan l-Artikolu, li n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji ssir direttament mill-uffiċjali ġudizzjarji.

L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti

Rikors għall-ħelsien mir-responsabbiltà kif previst fil-paragrafu 4 irid jiġi ppreżentat fi żmien sentejn mid-data tas-sentenza.

L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri

Dan ir-Regolament jipprevali fuq kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tinsab fil-konvenzjonijiet bilaterali li ġejjin li għalihom ir-Repubblika Ellenika hija Stat kontraenti:

- il-Konvenzjoni bejn il-Greċja u l-Ġermanja tal-11 ta’ Mejju 1938 dwar l-assistenza legali reċiproka għall-kawżi taħt il-liġi ċivili u kummerċjali (il-Liġi ta’ Emerġenza 1432/1938 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 399/1938);

- il-Konvenzjoni bejn il-Greċja u l-Jugoslavja tat-18 ta’ Ġunju 1959 dwar ir-relazzjonijiet ġudizzjarji reċiproċi, ratifikata bid-Digriet Leġiżlattiv 4009/1959 (Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 238, 5.11.1959);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Renju tal-Greċja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar l-assistenza legali reċiproka fil-qasam tal-liġi ċivili u kummerċjali, iffirmata f’Ateni fis-6 ta’ Diċembru 1965 (id-Digriet Leġiżlattiv 137/1969 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 45/1969);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika Ellenika dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Bucharest fid-19 ta’ Ottubru 1972 (id-Digriet Leġiżlattiv 429/1974 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 178/1974);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Repubblika Ellenika dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Ateni fl-10 ta’ April 1976 (il-Liġi 841/1978 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 228/1978);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Popolari tal-Ungerija u r-Repubblika Ellenika dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Budapest fit-8 ta’ Ottubru 1979 (il-Liġi 1149/1981 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 117/1981);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Popolari Pollakka u r-Repubblika Ellenika dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Ateni fl-24 ta’ Ottubru 1979 (il-Liġi 1184/1981 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 198/1981);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Ateni fit-22 ta’ Ottubru 1980 u li għadha fis-seħħ bejn ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u l-Greċja (il-Liġi 1323/1983 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 8/1983);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika Ellenika dwar il-kooperazzjoni legali f’materji ta’ liġi ċivili, kummerċjali u kriminali u tal-familja, iffirmata f’Nikosija fil-5 ta’ Marzu 1984 (il-Liġi 1548/1985 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 95/1985).

L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Il-Greċja ma għandhiex l-intenzjoni li topera s-sistema deċentralizzata fi stadju aktar bikri minn dak meħtieġ minn dan ir-Regolament.

L-aħħar aġġornament: 24/01/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.