- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
- L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
- L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
- L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
- L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
- L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
- L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
- L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
- L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
- L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
- L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
- L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
- L-Artikolu 20 – Notifika diretta
- L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
- L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
- L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
Mill-15/04/2019, l-aġenzija trażmettitriċi fl-Irlanda hija l-Court Office (l-Uffiċċju tal-Qorti), Castlebar, il-Kontea ta’ Mayo.
Notifika ta’ dokumenti tal-UE,
Courts Service Centralised Office,
Court Office,
The Courthouse,
Castlebar,
Co. Mayo
F23 YA99
Indirizz tal-posta elettronika: serviceofeudocuments@courts.ie
Kwalunkwe mistoqsija b’rabta ma’ talbiet għal notifika li ssir qabel il-15/04/2019 għandha tintbagħat lill-uffiċċju minn fejn tkun intbagħtet it-talba. F’dan il-link tista’ tiġi aċċessata lista ta’ uffiċċji
https://www.courts.ie/court-offices-jurisdiction#CC
L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
Mill-15/04/2019, l-aġenzija riċevitriċi fl-Irlanda hija l-Court Office (l-Uffiċċju tal-Qorti), Castlebar, il-Kontea ta’ Mayo. F23 YA99
Notifika ta’ dokumenti tal-UE,
Courts Service Centralised Office,
Court Office,
The Courthouse,
Castlebar,
Co. Mayo
Indirizz tal-posta elettronika: serviceofeudocuments@courts.ie.
Kwalunkwe mistoqsija b’rabta ma’ talbiet għal notifika li ssir qabel il-15/04/2019 għandha tintbagħat lill-uffiċċju li t-talba tkun intbagħtet lilu. Link għall-Uffiċċji kollha.
https://www.courts.ie/court-offices-jurisdiction#CC
L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
Mezzi ta’ riċevuta disponibbli: id-dokumenti jistgħu jkunu trażmessi bil-posta jew minn fornitur tas-servizzi bħal fornitur ta’ servizzi ta’ konsenja express.
Il-komunikazzjonijiet għal raġunijiet amministrattivi jistgħu jsiru wkoll permezz tal-posta elettronika.
L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
Il-formoli standard jistgħu jimtlew bl-Irlandiż jew bl-Ingliż.
L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
The Master,
The High Court,
Four Courts
Dublin 7
Ireland
Il-Komunikazzjonijiet bl-Ingliż jew bl-Irlandiż jistgħu jsiru bil-posta, jew bil-faks lis-Central Office of the High Court (l-Uffiċċju Ċentrali tal-Qorti Superjuri) fuq dan in-numru: (353-1) 872 56 69. Il-komunikazzjoni permezz tat-telefown mas-Central Office of the High Court (l-Uffiċċju Ċentrali tal-Qorti Superjuri) hija possibbli wkoll fuq dan in-numru (353–1) 888 60 00.
Ġuriżdizzjoni Territorjali: Nazzjonali
L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
Taħt l-ordinament ġuridiku tal-Irlanda, ma tingħatax assistenza għal-lokalizzazzjoni ta’ parti li d-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati lilha, peress li huwa d-dritt u d-dmir tal-parti li tfittex li twettaq in-notifika li tipproċessa l-proċedimenti, inkluż li tillokalizza lill-parti l-oħra. Meta parti ma tkunx tista’ tagħmel notifika permezz tal-metodi stipulati mil-liġi, qorti, jekk tkun sodisfatta li jkun xieraq li tagħmel hekk, tista’ tagħmel ordni għal notifika sostituta.
L-Irlanda ma tapplikax il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 7(1) u l-qrati ma jaġixxux ex officio biex jaċċertaw l-indirizz ta’ parti f’azzjoni legali.
Il-mezzi li ġejjin biex tiġi lokalizzata parti jistgħu jkunu utli:
Jekk għandek numru tat-telefown iżda ma għandekx l-indirizz assoċjat miegħu, dawn li ġejjin jistgħu jkunu utli
https://free-lookup.net/ireland
https://whitepages.co.com/ireland/
L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji huwa l-membru tar-Reġistru tan-Negozju Ewropew għall-Irlanda. L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji huwa r-repożitorju ċentrali ta’ informazzjoni pubblika statutorja dwar l-ismijiet tal-kumpaniji u tan-negozju Irlandiżi.
Ir-Reġistru tal-Karitajiet, ir-regolatur statutorju nazzjonali tal-Irlanda għall-organizzazzjonijiet tal-karità jinsab hawnhekk https://www.charitiesregulator.ie/en
L-Uffiċċju tar-Reġistru Ġenerali (GRO), ir-repożitorju ċentrali għar-rekords dwar twelid, twelid ta’ trabi mejta, adozzjonijiet, żwiġijiet, sħubijiet ċivili u mwiet fl-Irlanda jinsab hawnhekk https://www.gov.ie/en/campaigns/af7893-general-register-office/
Kumpaniji li jinkludu, fost l-oħrajn, https://www.myvehicle.ie/ u https://www.theaa.ie/car-history-check/ jistgħu jagħtu indirizz jekk ikollok numru tar-reġistrazzjoni tal-karozza — jintalab ħlas għalihom.
Uża l-media soċjali - ħafna individwi jelenkaw l-indirizz, in-numru tat-telefown jew l-informazzjoni tal-impjegatur tagħhom fuq il-media soċjali.
Ħallas biex issib persuna - ħafna servizzi online jgħinuk tillokalizza persuna għal ħlas żgħir.
Ikkuntattja lill-Uffiċċju Postali għal indirizz jew indirizz ta’ spedizzjoni.
Ikkunsidra li tuża s-servizzi ta’ investigatur privat jew persuna li twassal it-taħrikiet.
L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
Xejn.
L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
Xejn.
L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma japplikawx fil-liġi tal-Irlanda.
L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
Xejn.
L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
Meta tintalab notifika personali skont l-Artikolu 11(2) jew l-Artikolu 15, tali notifika titwettaq minn aġenzija legali, minn investigatur privat jew minn solicitor b’tariffa miftiehma bejn il-partijiet li normalment tkun bejn EUR 70 u EUR 100.
L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
L-Irlanda ma topponihiex.
L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
Xejn.
L-Artikolu 20 – Notifika diretta
Xejn ma jżomm lil kwalunkwe persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju milli twettaq notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji direttament permezz tal-uffiċjali kompetenti tal-Istat Membru indirizzat. Fl-Irlanda, dawn jinkludu solicitors u persuni li jwasslu t-taħrikiet.
L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, qorti fl-Irlanda tista’ toħroġ verdett anki jekk ma jkun ġie riċevut l-ebda ċertifikat tan-notifika jew tal-konsenja, jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 2.
B’rabta mal-Artikolu 22(4), hija l-qorti li trid tiddeċiedi minn rajha jekk ir-rikors għal ħelsien ikunx ġie ppreżentat fi żmien raġonevoli wara li l-intimat ikun sar jaf bis-sentenza.
L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
Xejn.
L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Mhux applikabbli.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.