- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
- L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
- L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
- L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
- L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
- L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
- L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
- L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
- L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
- L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
- L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
- L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
- L-Artikolu 20 – Notifika diretta
- L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
- L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
- L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
Id-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati personalment minn uffiċjal ġudizzjarju (huissier); din il-forma ta’ notifika bil-Franċiż tissejjaħ signification.
Tista’ ssib uffiċjal ġudizzjarju fuq dan is-sit web:
http://www.huissier.lu/members.php
Id-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati wkoll minn reġistratur tal-qorti (greffier), normalment bil-posta reġistrata; din il-forma ta’ notifika hija magħrufa bit-terminu aktar ġenerali notification.
Tista’ ssib l-informazzjoni fuq dan is-sit web:
http://www.justice.public.lu/fr/annuaire/index.html
Il-Ministeru għall-Ġustizzja ma għandux setgħat fuq din il-kwistjoni u, għalhekk, ittri jew dokumenti oħra li jikkonċernaw in-notifika ta’ dokumenti ma għandhomx jiġu indirizzati lill-Ministeru.
L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
L-uffiċjali ġudizzjarji huma l-uniċi aġenziji riċevituri.
Tista’ ssib uffiċjal ġudizzjarju u l-ġuriżdizzjoni ġeografika tagħhom f’dan is-sit web:
http://www.huissier.lu/members.php
Il-Ministeru għall-Ġustizzja ma għandux setgħat fuq din il-kwistjoni u, għalhekk, ittri jew dokumenti oħra li jikkonċernaw in-notifika ta’ dokumenti ma għandhomx jiġu indirizzati lill-Ministeru.
L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
Ir-riċevuta tista’ ssir permezz ta’:
posta, posta elettronika, faks jew telefown.
L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
Il-Franċiż u l-Ġermaniż.
L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
Il-korp ċentrali hu l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Parquet Général) fil-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Cour supérieur de Justice).
Parquet Général
Cité judiciaire
CR Building
Indirizz postali: L-2080 Luxembourg
Tel.: (+352) 47 59 81-2336
Faks: (+352) 47 05 50
Indirizz tal-posta elettronika: parquet.general@justice.etat.lu
Lingwi: Il-Franċiż u l-Ġermaniż.
Il-Ministeru għall-Ġustizzja ma għandux setgħat fuq din il-kwistjoni u, għalhekk, ittri jew dokumenti oħra li jikkonċernaw in-notifika ta’ dokumenti ma għandhomx jiġu indirizzati lill-Ministeru.
L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
F’konformità mal-Artikolu 7, il-Lussemburgu jipprovdi l-assistenza msemmija fl-Artikolu 7(1)(a) biex jinstab l-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata bid-dokument ġudizzjarju jew ekstraġudizzjarju.
L-awtoritajiet nominati li l-aġenziji trażmettituri jkunu jistgħu jindirizzaw talbiet dwar id-determinazzjoni tal-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata lilhom huma l-uffiċjali ġudizzjarji.
Tista’ ssib uffiċjal ġudizzjarju u l-ġuriżdizzjoni ġeografika tagħhom f’dan is-sit web:
http://www.huissier.lu/members.php
F’konformità mal-Artikolu 7(2)(c), il-Lussemburgu jindika li, fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ talba għan-notifika ta’ dokument lil uffiċjali ġudizzjarji fil-kapaċità tagħhom bħala aġenti riċevituri, l-uffiċjali ġudizzjarji jissottomettu, fuq inizjattiva tagħhom stess, fil-bażijiet tad-data disponibbli għalihom, it-talbiet għal informazzjoni dwar l-indirizzi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi f’każijiet li fihom l-indirizz indikat fit-talba għan-notifika ma jkunx korrett. Jekk ikun hemm indirizz uffiċjali ġdid fit-territorju tal-ġuriżdizzjoni ġeografika tal-uffiċjal ġudizzjarju, l-uffiċjal ġudizzjarju jinnotifika l-att lil dan l-indirizz il-ġdid.
L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
Il-Lussemburgu jippermetti li l-formola tar-rikjesta (il-formola A) timtela bil-Ġermaniż kif ukoll bil-Franċiż.
L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
Skont il-liġi tal-Lussemburgu, dokument irid jiġi nnotifikat fi żmien perjodu speċifiku, kif previst fl-Artikoli 12(5) u 13(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-25 ta’ Novembru 2020.
Meta d-dokument jiġi nnotifikat personalment minn uffiċjal ġudizzjarju (signification), l-avviż tan-notifika (exploit) irid jindika d-data tan-notifika, jiġifieri d-data meta l-avviż tan-notifika jitwassal lid-destinatarju jew fl-indirizz tad-dar tad-destinatarju, jew id-data li fiha d-dokument jiġi ddepożitat fl-indirizz tad-dar tad-destinatarju.
Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta l-kopja tad-dokument li jiġi nnotifikat, l-uffiċjal ġudizzjarju iżomm rekord ta’ dan fl-avviż tan-notifika. F’dan il-każ, id-dokument jitqies li ġie nnotifikat fid-data meta jiġi ppreżentat lid-destinatarju.
Meta l-persuna li tiġi nnotifikata bid-dokument ma jkollhiex indirizz tad-dar jew residenza magħrufa, l-uffiċjal ġudizzjarju jikteb riferta (procès-verbal) li jispjega l-passi meħudin biex jinstab id-destinatarju. Id-dokument jitqies notifikat meta tinkiteb ir-riferta.
Meta d-dokument jiġi nnotifikat bil-posta reġistrata (notification), il-Lussemburgu japplika sistema ta’ data doppja.
Id-data fir-rigward tal-mittent hi differenti mid-data fir-rigward tad-destinatarju.
Fir-rigward tal-mittent, id-data tan-notifika hija d-data tat-trażmissjoni.
Fir-rigward tad-destinatarju, id-data tan-notifika hija d-data meta d-dokument jiġi kkonsenjat lid-destinatarju.
Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta l-ittra reġistrata, il-ħaddiem tal-posta jżomm rekord ta’ dan fil-konferma tar-riċevuta u jirritorna l-ittra reġistrata flimkien mal-konferma tar-riċevuta. F’dan il-każ, id-dokument jitqies li ġie nnotifikat fid-data meta l-ittra reġistrata tiġi ppreżentata lid-destinatarju.
L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
Il-Lussemburgu jippermetti li l-formola għaċ-ċertifikat ta’ notifika jew ta’ nuqqas ta’ notifika tad-dokumenti timtela bil-Ġermaniż kif ukoll bil-Franċiż.
L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
Ir-rata fissa unika hija stabbilita għal EUR 138.
L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
Il-Lussemburgu jopponi li l-aġenti diplomatiċi u konsulari tiegħu jinnotifikaw direttament dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fi Stat Membru ieħor.
Il-Lussemburgu huwa oppost ukoll għal aġenti diplomatiċi u konsulari ta’ Stati Membri oħra li jinnotifikaw dokumenti bħal dawn fit-territorju tiegħu, ħlief f’każijiet li fihom id-dokument jiġi nnotifikat lil ċittadin tal-Istat Membru minn fejn joriġina.
L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 20 – Notifika diretta
Il-Lussemburgu jawtorizza n-notifika diretta skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-25 ta’ Novembru 2020.
Il-Ministeru għall-Ġustizzja ma għandux setgħat fuq din il-kwistjoni u, għalhekk, ittri jew dokumenti oħra li jikkonċernaw in-notifika ta’ dokumenti ma għandhomx jiġu indirizzati lill-Ministeru.
Id-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati personalment minn uffiċjal ġudizzjarju (huissier); din il-forma ta’ notifika bil-Franċiż tissejjaħ signification.
L-uffiċjali ġudizzjarji fl-istat indirizzat ma humiex responsabbli għall-iżgurar li l-formola u l-kontenut tad-dokument trażmess direttament mill-persuna kkonċernata jkunu kif suppost. Huma responsabbli biss għall-formalitajiet u għall-proċeduri li japplikaw meta jinnotifikaw id-dokumenti fl-istat indirizzat.
Tista’ ssib uffiċjal ġudizzjarju fuq dan is-sit web:
http://www.huissier.lu/members.php
L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
Minkejja l-Artikolu 22(1), il-qrati tal-Lussemburgu jistgħu joħorġu verdett jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(2).
Skont l-Artikolu 22(4), fil-Lussemburgu, rikors għal ħelsien jista’ jiġi ddikjarat inammissibbli jekk ma jiġix ippreżentat fi żmien raġonevoli – li għandu jiġi vvalutat mill-imħallef – miż-żmien meta l-intimat isir jaf bis-sentenza jew miż-żmien meta tintemm l-impossibbiltà li tittieħed azzjoni; ir-rikorsi ma jistgħux jiġu ppreżentati aktar minn sena wara n-notifika tas-sentenza.
L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Mhux applikabbli.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.