Notifika ta’ dokumenti (riformulazzjoni)

Malta

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Malta

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti

L- Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat
Indirizz: 16, Casa Scaglia, Triq Mikiel Anton Vassalli, Valletta, VLT1311
Tel:    +35622265000
Email: info@stateadvocate.mt

L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi

L- Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat
Indirizz: 16, Casa Scaglia, Triq Mikiel Anton Vassalli, Valletta, VLT1311
Tel:     +35622265000
Email: info@stateadvocate.mt

L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti

Posta Reġistrata. Id-dokumenti oriġinali flimkien mal-Anness 1 u l-irċevuta mill-bank għandhom jintbagħtu bil-posta. Jistgħu jintbagħtu kopji minn qabel bil-posta elettronika.

L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I

Malti u Ingliz

L-Artikolu 4 – Korp ċentrali

L-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat
Indirizz: 16, Casa Scaglia, Triq Mikiel Anton Vassalli, Valletta, VLT1311
Tel:      +35622265000
Email: info@stateadvocate.mt

Żoni ġeografiċi ta' ġuriżdizzjoni: Malta u Għawdex

L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

Artikolu 7(1)(c) – L-indirizz reġistrat ta’ persuna ġuridika jista’ jinstab billi wieħed ifittex ir-reġistru onlajn fuq il-websajt tar-Reġistru dwar in-Negozju ta’ Malta li jinstab hawnhekk:

https://registry.mbr.mt/ROC/companySearch.do?action=companyDetails&_=1576703936233

Is-sistema onlajn tiffaċilita l-aċċess għar-reġistru għal kwalunkwe persuna naturali li tixtieq tikseb informazzjoni dwar kumpaniji, fondazzjonijiet u assoċjazzjonijiet. L-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tinkludi dik l-informazzjoni li hija mingħajr ħlas u għall-użu ta’ kulħadd (informazzjoni pubblika). Din tinkludi l-ismijiet u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpaniji, l-indirizz reġistrat tagħhom, u d-data tal-inkoroporazzjoni, fost oħrajn. Kwalunkwe persuna tista’ tfittex kumpanija jew billi tuża n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija jew billi tuża l-isem tal-kumpanija jew parti mill-isem tal-kumpanija.

Għall-indirizzi ta’ persuni fiżiċi, l-aġenzija mittenti barranija tista’ tibgħat talba għal assistenza biex jiġi ddeterminat l-indirizz għal skopijiet ta’ notifika lill-aġenzija riċeventi Maltija fuq il-posta elettronika li ġejja: info@stateadvocate.mt
Huwa importanti li tali talba tinkludi n-numru ta’ identifikazzjoni tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata u l-isem u l-kunjom ta’ dik il-persuna.

L-aġenzija riċeventi Maltija, fuq inizjattiva tagħha stess: (i) ma tissottomettix talbiet għal informazzjoni dwar indirizzi, u (ii) ma tipprovdix tali assistenza.

L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti

Malti u Ingliz

L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument

In-notifika kkontemplata fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 12 tar-Regolament, dwar it-traduzzjoni tal-formola L fl-Anness I f’lingwa ta’ pajjiż terz, mhijiex applikabbli għal Malta.

L-Artikolu 13 – Data tan-notifika

In-notifika kkontemplata fl-Artikolu 33(1) b’referenza għall-Artikoli 12(5) u 13(2) mhijiex applikabbli għal Malta peress li l-ebda perjodu partikolari bħal dan ma huwa provdut fil-liġi nazzjonali.

L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat

Malti u Ingliz

L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika

Il-Liġijiet ta’ Malta stabbilixxu tariffa fissa ta’ €50 għal kull talba għan-notifika ta’ dokumenti f’Malta. Il-prova tal-ħlas għandha tiġi mehmuża mat-talba għan-notifika. Id-dokumenti jintbagħtu lura mingħajr proċessar jekk it-talba ta' notifika ma tkunx akkumpanjata minn irċevuta mill-bank wara li jsir il-pagament hawn imsemmi. Il-ħlas tat-tariffi għandu jsir permezz ta’ trasferiment bankarju li għandu jitħallas lill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat fid-dettalji tal-kont bankarju li ġejjin:

Isem tal-Bank: Bank Ċentrali ta’ Malta

Isem tal-kont: AG Office – Receipt of Service Documents

Numru tal-kont: 40127EUR-CMG5-000-Y

IBAN: MT24MALT011000040127EURCMG5000Y

Kodiċi SWIFT: MALTMTMT

L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari

Malta topponi notifiki minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari.

L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku

Mhux applikabbli

L-Artikolu 20 – Notifika diretta

L-Uffiċċju tal-Avukat tal-iStat flimkien mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati.

L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti

Dan mhuwiex possibbli peress li hija meħtieġa prova ta’ notifika. Madankollu, jekk sentenza tingħata kontra persuna li ma tkunx ġiet debitament notifikata minn qabel b’ċitazzjoni, hija tista’, fi żmien tliet xhur mill-jum li fih issir taf bis-sentenza, titlob li l-kawża terġa’ tinstema’.

L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri

Mhux applikabbli

L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 27/02/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.