- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
- L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
- L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
- L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
- L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
- L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
- L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
- L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
- L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
- L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
- L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
- L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
- L-Artikolu 20 – Notifika diretta
- L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
- L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
- L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
- Il-qrati distrettwali (tribunais judiciais de comarca);
- ir-reġistraturi (conservadores);
- in-nutara (notários);
- l-uffiċjali ġudizzjarji (agentes de execução); u
- r-rappreżentanti legali (mandatários judiciais).
L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
i. Id-diviżjoni ġenerali (juízo de competência genérica) jew id-diviżjoni ċivili lokali (juízo local cível), jekk teżisti, tal-qorti distrettwali b’ġuriżdizzjoni; u
ii. L-uffiċjali ġudizzjarji (OSAE – Ordem dos Solicitadores e dos Agentes de Execução (l-Assoċjazzjoni tal-Avukati u tal-Uffiċjali Ġudizzjarji)).
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
Bil-posta.
L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
Il-Portugiż, l-Ispanjol u l-Ingliż.
L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direção-Geral da Administração da Justiça)
Av. D. João II, No 1.08.01 D/E, Pisos 0, 9-14
PT - 1990-097 LISBON
Tel.: (+351) 217 906 500 – (+351) 217 906 200/1
Fax: (+351) 211 545 116 – (+351) 211 545 100
Email: correio@dgaj.mj.pt
Sit web: https://dgaj.justica.gov.pt/
L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
Għall-finijiet tal-Artikolu 7(1)(a), l-awtorità maħtura li lilha l-aġenziji mittenti jistgħu jindirizzaw talbiet biex jiġi stabbilit l-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata hija:
id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direção-Geral da Administração da Justiça)
Av. D. João II, No 1.08.01 D/E, Pisos 0, 9-14
PT - 1990-097 LISBON
Tel.: (+351) 217 906 500 – (+351) 217 906 200/1
Fax: (+351) 211 545 116 – (+351) 211 545 100
Posta elettronika: correio@dgaj.mj.pt
Sit web: https://dgaj.justica.gov.pt/
Għall-finijiet tal-Artikolu 7(2)(c), is-sitwazzjoni għall-aġenziji riċeventi differenti hija kif ġej:
- Id-diviżjoni ġenerali (juízo de competência genérica) jew id-diviżjoni ċivili lokali (juízo local cível), jekk din tkun teżisti, tal-qorti distrettwali b’ġuriżdizzjoni: sabiex jiġu nnotifikati d-dokumenti meta l-indirizz indikat fit-talba għal notifika jkun żbaljat, l-aġenzija riċeventi għandha tapplika l-liġi domestika għal kawżi simili f’tilwim domestiku, jiġifieri d-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 226 u 236 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Portugiż;
- L-uffiċjali ġudizzjarji (OSAE): it-talbiet isiru lir-reġistri tad-domiċilju jew lil bażijiet tad-data oħrajn, jekk tali reġistri jew bażijiet tad-data jkunu jeżistu, sabiex jinstab l-indirizz il-ġdid tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata.
L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
Il-Portugiż, l-Ispanjol u l-Ingliż.
L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
Meta l-formola L fl-Anness I tiġi tradotta f’lingwa ta’ pajjiż terz, din tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni sussegwenti fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
Għall-finijiet tal-Artikoli 12(5) u 13(2) tar-Regolament, l-Artikolu 323 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż jistabbilixxi li l-perjodu ta’ preskrizzjoni jiġi sospiż ħamest ijiem wara li tkun intalbet in-notifika f’każijiet fejn ma jkunx possibbli li jiġu nnotifikati d-dokumenti għal raġunijiet mhux attribwibbli lir-rikorrent.
L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
Il-Portugiż, l-Ispanjol u l-Ingliż.
L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
Ġeneralment, in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji minn Stat Membru ieħor ma tkunx tinvolvi l-pagament ta’ xi ħlasijiet jew spejjeż jekk id-dokumenti jintbagħtu lill-qrati.
Madankollu, jekk id-dokumenti jiġu nnotifikati personalment minn uffiċjal tal-qorti jew uffiċjal ġudizzjarju, japplikaw l-ispejjeż li ġejjin:
1. L-uffiċjali ġudizzjarji:
Jekk in-notifika ssir: EUR 76
Jekk in-notifika ma ssirx (eż. jekk il-persuna li għandha tiġi nnotifikata bid-dokumenti ma kinitx residenti fl-indirizz mogħti jew l-indirizz ma kienx jeżisti): EUR 50,50
2. L-uffiċjali tal-qorti:
Jekk in-notifika ssir: EUR 51
Jekk in-notifika ma ssirx (eż. jekk il-persuna li għandha tiġi nnotifikata bid-dokumenti ma kinitx residenti fl-indirizz mogħti jew l-indirizz ma kienx jeżisti): l-ebda pagament ma jkun dovut.
L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
Il-Portugall huwa kontra li Stat Membru ieħor jinnotifika dokumenti ġudizzjarji fit-territorju tiegħu permezz tal-aġenti diplomatiċi jew l-uffiċjali konsulari, sakemm il-persuna li għandha tiġi nnotifikata bid-dokument ma jkollhiex in-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru.
L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 20 – Notifika diretta
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(1), il-qrati Portugiżi jistgħu jagħtu sentenza jekk il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu jkunu ġew issodisfati.
Għall-finijiet tal-Artikolu 22(4), fil-Portugall ir-rikorsi għall-ħelsien mill-effetti tal-iskadenza tat-terminu għall-appell iridu jiġu ppreżentati fi żmien sena mid-data tad-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorsi ma jiġux aċċettati wara dik id-data.
L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Mhux applikabbli.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.