- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
- L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
- L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
- L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
- L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
- L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
- L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
- L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
- L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
- L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
- L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
- L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
- L-Artikolu 20 – Notifika diretta
- L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
- L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
- L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
Il-qrati u n-nutara (fi proċedimenti dwar wirt u fi proċedimenti li jfittxu r-rikostituzzjoni ta’ strument legali mitluf jew meqrud, bħal att ta’ titolu [konanie o umorení listiny]).
L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi

Il-qrati distrettwali.
L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
Id-dokumenti jridu jiġu ppreżentati f’kopja stampata bil-posta.
L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
Is-Slovakk, iċ-Ċek u l-Ingliż.
L-Artikolu 4 – Korp ċentrali

Ministry of Justice of Slovakia
International Private Law Division
Račianska 71, 813 11 Bratislava, Slovak Republic
Telefon (421) 2 888 91 111
Faks (421) 2 888 91 604
posta elettronika: civil.inter.coop@justice.sk
sit web: https://www.justice.gov.sk
Għarfien tal-lingwi: Is-Slovakk, iċ-Ċek, l-Ingliż, il-Franċiż
L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

Artikolu 7(2)(a)
Is-Slovakkja tipprovdi l-assistenza msemmija fil-paragrafu 1(a) — it-talba biex jinstab indirizz trid tintbagħat lil qorti distrettwali (kwalunkwe qorti distrettwali; il-qrati distrettwali kollha huma wkoll aġenziji riċeventi fis-sens tal-Artikolu 3(2)).
Artikolu 7(2)(c)
L-aġenziji riċevituri Slovakki jippreżentaw, fuq inizjattiva tagħhom stess, talbiet lir-reġistri dwar id-domiċilju jew lil bażijiet tad-data oħra għal informazzjoni dwar l-indirizzi f’każijiet li fihom l-indirizz indikat fit-talba għan-notifika ma jkunx korrett.
L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
Is-Slovakk, iċ-Ċek u l-Ingliż.
L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
Is-Slovakk, iċ-Ċek u l-Ingliż.
L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
Id-dokumenti ġeneralment jiġu nnotifikati mill-qorti li tirċievi t-talba; madankollu, f’ċerti ċirkustanzi, il-qorti tista’ tinkariga n-notifika ta’ dokumenti lil uffiċjal ġudizzjarju u, jekk l-uffiċjal inkarigat mill-qorti jkun uffiċjal ġudizzjarju (súdny exekútor), in-notifika tkun soġġetta għal tariffa fissa ta’ EUR 10 għal kull dokument notifikat.
L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
Is-Slovakkja topponi n-notifika ta’ dokumenti tal-qorti minn aġenti diplomatiċi jew konsulari, sakemm id-dokumenti ma jkunux se jiġu nnotifikati lil ċittadini tal-Istat Membru li minnu joriġinaw id-dokumenti.
L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
Il-liġi Slovakka ma tippermettix li tintuża l-posta elettronika għan-notifika ta’ dokumenti li jridu jiġu nnotifikati personalment. Id-dokumenti kkonċernati huma dawn li ġejjin:
- L-Att 160/2015 (il-Kodiċi tal-Proċedura ta’ Tilwim Ċivili [Civilný sporový poriadok – “CSP”]) jeħtieġ li d-dokumenti li ġejjin jiġu nnotifikati personalment:
- ordnijiet minn qorti li jippermettu li kawża tiġi emendata jekk il-partijiet ikkonċernati ma kinux preżenti fis-seduta għas-sottomissjonijiet orali li fiha saret l-emenda (l-Artikolu 142(2) CSP);
- kawżi b’annessi jekk il-qorti ma tkunx ċaħdet il-kawża jew iddeċidiet li tirrinunzja għall-atti (l-Artikolu 167(1) CSP);
- risposti tad-difiża jekk l-intimat ma jaċċettax it-talba fis-sħuħija tagħha (l-Artikolu 167(3) CSP);
- repliki mir-rikorrent għar-risposti tal-intimat magħmula skont l-Artikolu 167(3) (l-Artikolu 167(4) CSP);
- taħrikiet għas-seduta preliminari tat-tilwima (l-Artikolu 169(2) CSP);
- sentenzi (l-Artikolu 223(1) CSP);
- ordnijiet ta’ ħlas ma’ kawża (l-Artikolu 266(1) CSP);
- l-oġġezzjonijiet tal-intimat li jopponu ordni ta’ ħlas, li jiġu nnotifikati lir-rikorrent (l-Artikolu 267(5) CSP);
- ordnijiet skont l-Artikolu 273(c) CSP li jeħtieġu li l-intimat jirrispondi għall-kawża bil-miktub sat-terminu mogħti u jistabbilixxi f’dik id-dikjarazzjoni l-elementi ewlenin tad-difiża tiegħu, jehmeż id-dokumenti li jibbaża fuqhom u jipproduċi evidenza li ssostni l-affermazzjonijiet tiegħu, kif stabbilit fl-Artikolu 273(a) CSP;
- L-Att 161/2015 (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża [Civilný mimosporový poriadok – “CMP”]) jeħtieġ li d-dokumenti li ġejjin jiġu nnotifikati personalment:
- ordnijiet li jniedu l-proċedimenti li jiġu nnotifikati lill-partijiet jekk il-proċedimenti jinfetħu fuq inizjattiva tal-qorti stess (l-Artikolu 27 CMP);
- mozzjonijiet emendati għall-ftuħ ta’ proċedimenti jekk il-partijiet ma kinux preżenti fis-seduta għas-sottomissjonijiet orali li fiha saret l-emenda (l-Artikolu 28 CMP);
- ordnijiet li jieħdu deċiżjoni dwar il-merti tal-kawża (l-Artikolu 45 CMP);
- ordnijiet fi proċedimenti għar-ritorn ta’ minuri f’każ ta’ ħtif jew ta’ żamma mhux awtorizzata, li jeħtieġu li l-persuna li, skont ir-rikorrent, tkun qed tikser dritt, tissottometti dikjarazzjoni bil-miktub dwar il-kwistjoni (l-Artikolu 131(2));
- notifiki u struzzjonijiet fi proċedimenti dwar wirt maħruġin għall-persuni li jistgħu raġonevolment jiġu preżunti bħala l-werrieta fir-rigward tad-drittijiet tal-wirt tagħhom u l-possibbiltà li jirrifjutaw il-wirt, jekk il-qorti ma toħroġx l-avviżi u l-istruzzjonijiet oralment b’mod uffiċjali (l-Artikolu 189(2) CMP);
- notifiki dwar applikazzjoni għar-rilaxx ta’ oġġett fi proċedimenti li jopponu r-rilaxx ta’ oġġett depożitat ma’ nutar għall-finijiet ta’ konformità ma’ obbligazzjoni f’każijiet skont l-Artikolu 335(a) jew (b) jew jekk id-depożitant ikun talab li l-oġġett depożitat jiġi rrilaxxat lilu jew lil persuna oħra għajr il-benefiċjarju (l-Artikolu 340 CMP);
- avviżi li jistiednu oġġezzjonijiet fi proċedimenti li jikkonfermaw preskrizzjoni akkwiżittiva mibgħuta lill-persuna li, fiż-żmien li fih jinfetħu l-proċedimenti tiġi nnominata fl-att tat-titolu bħala dik li għandha drittijiet ta’ sjieda jew drittijiet in rem fuq il-proprjetà involuta fil-proċedimenti li jikkonfermaw preskrizzjoni akkwiżittiva (l-Artikolu 359g CMP).
Is-Slovakkja teħtieġ li n-notifika ta’ dawn id-dokumenti tiġi kkonfermata b’konferma tar-riċevuta, li tista’ ssir biss mid-destinatarju.
L-Artikolu 20 – Notifika diretta
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti

Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin:


Mhux applikabbli.
L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Mhux applikabbli.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.