Notifika ta’ dokumenti (riformulazzjoni)

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovakkja

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti

Il-qrati u n-nutara (fi proċedimenti dwar wirt u fi proċedimenti li jfittxu r-rikostituzzjoni ta’ strument legali mitluf jew meqrud, bħal att ta’ titolu [konanie o umorení listiny]).

L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi

Il-qrati distrettwali.

L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti

Id-dokumenti jridu jiġu ppreżentati f’kopja stampata bil-posta.

L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I

Is-Slovakk, iċ-Ċek u l-Ingliż.

L-Artikolu 4 – Korp ċentrali

Ministry of Justice of Slovakia

International Private Law Division

Račianska 71, 813 11 Bratislava, Slovak Republic

Telefon (421) 2 888 91 111

Faks (421) 2 888 91 604

posta elettronika: civil.inter.coop@justice.sk

sit web: https://www.justice.gov.sk

Għarfien tal-lingwi: Is-Slovakk, iċ-Ċek, l-Ingliż, il-Franċiż

L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

Artikolu 7(2)(a)

Is-Slovakkja tipprovdi l-assistenza msemmija fil-paragrafu 1(a) — it-talba biex jinstab indirizz trid tintbagħat lil qorti distrettwali (kwalunkwe qorti distrettwali; il-qrati distrettwali kollha huma wkoll aġenziji riċeventi fis-sens tal-Artikolu 3(2)).

Artikolu 7(2)(c)

L-aġenziji riċevituri Slovakki jippreżentaw, fuq inizjattiva tagħhom stess, talbiet lir-reġistri dwar id-domiċilju jew lil bażijiet tad-data oħra għal informazzjoni dwar l-indirizzi f’każijiet li fihom l-indirizz indikat fit-talba għan-notifika ma jkunx korrett.

L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti

Is-Slovakk, iċ-Ċek u l-Ingliż.

L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 13 – Data tan-notifika

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat

Is-Slovakk, iċ-Ċek u l-Ingliż.

L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika

Id-dokumenti ġeneralment jiġu nnotifikati mill-qorti li tirċievi t-talba; madankollu, f’ċerti ċirkustanzi, il-qorti tista’ tinkariga n-notifika ta’ dokumenti lil uffiċjal ġudizzjarju u, jekk l-uffiċjal inkarigat mill-qorti jkun uffiċjal ġudizzjarju (súdny exekútor), in-notifika tkun soġġetta għal tariffa fissa ta’ EUR 10 għal kull dokument notifikat.

L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari

Is-Slovakkja topponi n-notifika ta’ dokumenti tal-qorti minn aġenti diplomatiċi jew konsulari, sakemm id-dokumenti ma jkunux se jiġu nnotifikati lil ċittadini tal-Istat Membru li minnu joriġinaw id-dokumenti.

L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku

Il-liġi Slovakka ma tippermettix li tintuża l-posta elettronika għan-notifika ta’ dokumenti li jridu jiġu nnotifikati personalment. Id-dokumenti kkonċernati huma dawn li ġejjin:

  • L-Att 160/2015 (il-Kodiċi tal-Proċedura ta’ Tilwim Ċivili [Civilný sporový poriadok – “CSP”]) jeħtieġ li d-dokumenti li ġejjin jiġu nnotifikati personalment:

- ordnijiet minn qorti li jippermettu li kawża tiġi emendata jekk il-partijiet ikkonċernati ma kinux preżenti fis-seduta għas-sottomissjonijiet orali li fiha saret l-emenda (l-Artikolu 142(2) CSP);

- kawżi b’annessi jekk il-qorti ma tkunx ċaħdet il-kawża jew iddeċidiet li tirrinunzja għall-atti (l-Artikolu 167(1) CSP);

- risposti tad-difiża jekk l-intimat ma jaċċettax it-talba fis-sħuħija tagħha (l-Artikolu 167(3) CSP);

- repliki mir-rikorrent għar-risposti tal-intimat magħmula skont l-Artikolu 167(3) (l-Artikolu 167(4) CSP);

- taħrikiet għas-seduta preliminari tat-tilwima (l-Artikolu 169(2) CSP);

- sentenzi (l-Artikolu 223(1) CSP);

- ordnijiet ta’ ħlas ma’ kawża (l-Artikolu  266(1) CSP);

- l-oġġezzjonijiet tal-intimat li jopponu ordni ta’ ħlas, li jiġu nnotifikati lir-rikorrent (l-Artikolu  267(5) CSP);

- ordnijiet skont l-Artikolu 273(c) CSP li jeħtieġu li l-intimat jirrispondi għall-kawża bil-miktub sat-terminu mogħti u jistabbilixxi f’dik id-dikjarazzjoni l-elementi ewlenin tad-difiża tiegħu, jehmeż id-dokumenti li jibbaża fuqhom u jipproduċi evidenza li ssostni l-affermazzjonijiet tiegħu, kif stabbilit fl-Artikolu  273(a) CSP;

  • L-Att 161/2015 (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża [Civilný mimosporový poriadok – “CMP”]) jeħtieġ li d-dokumenti li ġejjin jiġu nnotifikati personalment:

- ordnijiet li jniedu l-proċedimenti li jiġu nnotifikati lill-partijiet jekk il-proċedimenti jinfetħu fuq inizjattiva tal-qorti stess (l-Artikolu 27 CMP);

- mozzjonijiet emendati għall-ftuħ ta’ proċedimenti jekk il-partijiet ma kinux preżenti fis-seduta għas-sottomissjonijiet orali li fiha saret l-emenda (l-Artikolu 28 CMP);

- ordnijiet li jieħdu deċiżjoni dwar il-merti tal-kawża (l-Artikolu 45 CMP);

- ordnijiet fi proċedimenti għar-ritorn ta’ minuri f’każ ta’ ħtif jew ta’ żamma mhux awtorizzata, li jeħtieġu li l-persuna li, skont ir-rikorrent, tkun qed tikser dritt, tissottometti dikjarazzjoni bil-miktub dwar il-kwistjoni (l-Artikolu 131(2));

- notifiki u struzzjonijiet fi proċedimenti dwar wirt maħruġin għall-persuni li jistgħu raġonevolment jiġu preżunti bħala l-werrieta fir-rigward tad-drittijiet tal-wirt tagħhom u l-possibbiltà li jirrifjutaw il-wirt, jekk il-qorti ma toħroġx l-avviżi u l-istruzzjonijiet oralment b’mod uffiċjali (l-Artikolu 189(2) CMP);

- notifiki dwar applikazzjoni għar-rilaxx ta’ oġġett fi proċedimenti li jopponu r-rilaxx ta’ oġġett depożitat ma’ nutar għall-finijiet ta’ konformità ma’ obbligazzjoni f’każijiet skont  l-Artikolu 335(a) jew (b) jew jekk id-depożitant ikun talab li l-oġġett depożitat jiġi rrilaxxat lilu jew lil persuna oħra għajr il-benefiċjarju (l-Artikolu 340 CMP);

- avviżi li jistiednu oġġezzjonijiet fi proċedimenti li jikkonfermaw preskrizzjoni akkwiżittiva mibgħuta lill-persuna li, fiż-żmien li fih jinfetħu l-proċedimenti tiġi nnominata fl-att tat-titolu bħala dik li għandha drittijiet ta’ sjieda jew drittijiet in rem fuq il-proprjetà involuta fil-proċedimenti li jikkonfermaw preskrizzjoni akkwiżittiva (l-Artikolu 359g CMP).

Is-Slovakkja teħtieġ li n-notifika ta’ dawn id-dokumenti tiġi kkonfermata b’konferma tar-riċevuta, li tista’ ssir biss mid-destinatarju.

L-Artikolu 20 – Notifika diretta

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 14/10/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.