Notifika ta’ dokumenti (riformulazzjoni)

Slovenja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovenja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovenja

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti

L-aġenziji mittenti huma: il-qrati lokali (okrajna sodišča), il-qrati distrettwali (okrožna sodišča), il-Qorti tax-Xogħol u tal-Affarijiet Soċjali (delovno in socialno sodišče), il-Qorti Amministrattiva (upravno sodišče), il-qrati superjuri (višja sodišča), il-Qorti Suprema (Vrhovno sodišče), il-Qorti Kostituzzjonali (Ustavno sodišče) u l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat (državno odvetništvo).

L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi

L-aġenziji riċeventi huma l-qrati distrettwali.

L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti

Meta l-wasla tad-dokumenti taqa’ taħt l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001, id-dokumenti jintbagħtu bil-posta, inklużi s-servizzi ta’ konsenja espress u faks

L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I

Il-formoli tal-Anness I jistgħu jiġu ppreżentati bis-Sloven jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 4 – Korp ċentrali

Il-korp ċentrali għall-implimentazzjoni tar-Regolament huwa:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Župančičeva 3

SLO-1000 Ljubljana

Tel: (+386)1 369 53 94

Faks: (+386)1 369 52 33

Email: gp.mp@gov.si

L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

Il-korpi Sloveni joffru assistenza biex jiġi ddeterminat indirizz kif ġej:

(a) l-aġenzija mittenti tibgħat talba sabiex tiddetermina l-indirizz ta’ persuna li għandha tiġi nnotifikata b’dokument lill-qorti distrettwali (l-aġenzija riċeventi msemmija fil-punt 2 iktar ’il fuq).

Il-qrati għandhom aċċess għar-reġistru tal-popolazzjoni u huma awtorizzati, fuq inizjattiva proprja jew jekk jirċievu talba mingħand qorti rikjedenti, biex jiksbu informazzjoni dwar l-indirizzi, meta indirizz iddikjarat f’talba għal notifika ma jkunx eżatt jew magħruf.

L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti

Il-formoli tal-Anness A jistgħu jiġu ppreżentati bis-Sloven jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 13 – Data tan-notifika

Id-dritt nazzjonali Sloven ma jistabbilixxix terminu ta’ preskrizzjoni għan-notifika tad-dokumenti.

L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat

Il-formoli tal-Anness K jistgħu jiġu ppreżentati bis-Sloven jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika

Bħala regola, mhux meħtieġ ħlas għan-notifika ta’ dokumenti mill-qorti Slovena kompetenti, ħlief għall-ispejjeż tan-notifika minn ditektiv jew uffiċjal ġudizzjarju, jekk il-parti kkonċernata titlob dak il-metodu ta’ notifika. F’dak il-każ, il-parti li tipproponi n-notifika tħallas l-ispejjeż. Skont ir-Regoli dwar in-notifika tad-dokumenti mid-ditektivs u mill-uffiċjali ġudizzjarji fi proċeduri ċivili u kriminali (Pravilnik o vročanju po detektivih in izvršiteljih v civilnih sodnih postopkih in v kazenskem postopku), it-tariffa attwali għan-notifika personali hija EUR 50. It-taxxa fuq il-valur miżjud tiġi miżjuda mat-tariffa għall-uffiċjal li jwassal in-notifika, jekk l-aġent ikun suġġett għall-VAT. Aġent li jwassal in-notifiki huwa intitolat għal 20 % tat-tariffa jekk ma jirnexxilux iwassal in-notifika. Irrispettivament minn dan, qorti tista’ tistabbilixxi perċentwal ogħla tat-tariffa, għalkemm mhux aktar minn 50 %, jekk ikun hemm raġunijiet biex tagħmel dan abbażi ta’ estratt mir-rekords jew evidenza rilevanti oħra. L-aġent li jwassal in-notifika huwa intitolat ukoll għar-rimborż tal-ispejjeż tat-trasport.

L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari

Is-Slovenja ma topponix il-possibbiltà ta’ notifika mill-aġenti diplomatiċi jew konsulari skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(1).

Is-Slovenja topponi n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji lil persuni li jirrisjedu fis-Slovenja minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari ta’ Stat Membru ieħor, sakemm id-dokument ma jkunx se jiġi nnotifikat lil ċittadini tal-Istat Membru li minnu joriġina d-dokument.

L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku

Is-Slovenja ma tistipula l-ebda kundizzjoni addizzjonali li taħtha taċċetta n-notifika elettronika kif imsemmi fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament.

L-Artikolu 20 – Notifika diretta

In-notifika diretta ma hijiex permessa taħt il-liġi Slovena.

L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti

Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament, imħallef jista’ jagħti sentenza anke jekk ma jkun irċieva l-ebda ċertifikat tan-notifika jew tal-konsenja, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament.

F’konformità mal-Artikolu 22(4) tar-Regolament, fis-Slovenja rikors biex jiġi rrestawrat status preċedenti jista’ jiġi ppreżentat fi żmien sena mid-data meta tkun ingħatat is-sentenza.

L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri

It-Trattat bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tal-Kroazja dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali tas-7 ta’ Frar 1994.

L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 19/01/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.