Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Malta

Sadržaj omogućio
Malta

PRONALAŽENJE NADLEŽNIH SUDOVA/TIJELA

Alat za pretraživanje služi za pronalaženje suda/tijela nadležnog za određeni europski pravni instrument. Napominjemo da unatoč nastojanjima da se osigura točnost rezultata, mogu postojati iznimke u pogledu određivanja nadležnosti koje nisu nužno obuhvaćene.

Malta

Izvođenje dokaza


*obvezan unos

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

Mhux applikabbli

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

1.  Prim'Awla tal-Qorti Ċivili - li għandha ġurisdizzjoni ġenerali fuq kwistjonijiet ċivili u kummerċjali li mhumiex b'dispozizzjoni speċjali tal-liġi assenjati biex jiġu ġġudikati u determinati minn qorti oħra.  Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili għandha wkoll ġurisdizzjoni biex tisma' kawzi ta' stħarriġ ġudizzjarju ta' azzjonijiet amministrattivi; azzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' drittijiet tal-bniedem; applikazzjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ta' valur indeterminat u kwistjonijiet ta' drittijiet reali;

2.  Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) - li għandha ġurisdizzjoni speċjali fuq kwistjonijiet kummerċjali;

3.  Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) - li għandha ġurisdizzjoni speċjali fuq kwistjonijiet tal-familja;

4.  Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja) - li għandha ġurisdizzjoni speċjali fuq kwistjonijiet mhux kontenzjuzi.  Il-funzjoni tagħha hija li tissorvelja u tipproteġi ċerti drittijiet u interessi, li ma jiġux ezerċitati mill-persuna li lilha jappartjeni d-dritt jew interess;

5.  Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi) - li għandha ġurisdizzjoni speċjali biex tisma' azzjonijiet in rem, għall-irkupru ta' rikavat mill-kriminalita' jew għall-konfiska ta' propjeta' kwalunkwe li mhux ibbazata fuq il-kundanna mill-Istat jew minn entita' tal-Istat;

6.  Qorti tal-Maġistrati (Malta) - li għandha ġurisdizzjoni speċjali biex tisma' talbiet ċivili sal-ammont ta' Ewro 15,000 kontra persuni li joqogħdu jew li għandhom ir-residenza tagħhom ordinarja f'parti tal-Gzira ta' Malta;

7.  Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Superjuri - li għandha ġurisdizzjoni speċjali biex tisma' t-talbiet kollha kontra persuni li joqgħodu jew li għandhom ir-residenza tagħhom ordinarja fil-Gzira ta' Għawdex jew ta' Kemmuna, liema talbiet kieku kienu jiġu ġġudikati mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) jew il-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja);

8.  Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Inferjuri - li għandha ġurisdizzjoni speċjali biex tisma' t-talbiet kollha sal-ammont ta' Ewro 15,000 kontra persuni li joqgħodu jew li għandhom ir-residenza tagħhom ordinarja fil-Gzira ta' Għawdex jew ta' Kemmuna;

9.  Tribunal għal Talbiet Zgħar - li għandu ġurisdizzjoni speċjali biex jisma' t-talbiet kollha ta' flus ta' ammont mhux izjed minn Ewro 5,000

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

L-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat

16, Casa Scaglia, Triq Mikiel Anton Vassalli,

Valletta VLT1311

Tel: +35622265000

Email: info@stateadvocate.mt

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Ingliz

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Posta Reġistrata

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

Il-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta huma l-awtoritajiet kompetenti għal kumpilazzjoni diretta tax-xhieda.

Indirizz: Il-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta

Triq ir-Repubblika

Valletta VLT1112

Email: info.courts@courtservices.mt

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

Mhux Applikabbli

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 30/06/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.