- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
- L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
- L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
- L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
- L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
- L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
- L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
Skont il-liġi nazzjonali Awstrijaka, l-ebda awtorità ħlief il-qrati ma għandha kompetenza attwalment biex tagħmel kumpilazzjoni ta’ xhieda minn naħa għal oħra tal-fruntiera skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament.
L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
Fl-Awstrija, il-qrati distrettwali għandhom il-kompetenza biex jeżegwixxu talbiet għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda).
L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
Il-korp ċentrali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament għall-Awstrija kollha, huwa:
il-Ministeru Federali għall-Ġustizzja
Museumstraße 7
1070 Vjenna
Tel.: (+43-1) 52 1 52 0
Faks: (+43-1) 52 1 52 2727
Posta elettronika: team.z@bmj.gv.at
L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
Il-formula tista’ timtela bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.
L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
Anki wara li ssir applikabbli l-obbligazzjoni tat-trażmissjoni tat-talbiet u l-komunikazzjonijiet permezz tas-sistema diċentralizzata tal-IT abbażi tal-e-CODEX (l-Artikolu 7(1) flimkien mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament), f’każ ta’ nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi tal-IT jew f’każ ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali oħrajn imsemmija fl-Artikolu 7(4), it-talbiet u l-komunikazzjonijiet xorta jistgħu jiġu trażmessi bil-posta, bis-servizz ta’ kurrier, bil-fax jew bil-posta elettronika.
L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
Il-korp ċentrali msemmi fl-Artikolu 4 flimkien mal-Artikolu 19 tar-Regolament, għall-Awstrija kollha, huwa:
il-Ministeru Federali għall-Ġustizzja
Museumstraße 7
1070 Vjenna
Tel.: (+43-1) 52 1 52 0
Faks: (+43-1) 52 1 52 2727
Posta elettronika: team.z@bmj.gv.at
L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
Attwalment ma huwiex previst li jinżammu xi ftehimiet bilaterali.
L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
L-implimentazzjoni se ssir f’Mejju 2025, f’konformità mar-Regolament tal-UE dwar id-Diġitalizzazzjoni. Ma hemm l-ebda pjan li s-sistema tintuża qabel.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.