Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Belġju

Il-kontenut ipprovdut minn
Belġju

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

Mhux applikabbli

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

Il-qorti tal-ewwel istanza (tribunal de première instance / rechtbank van eerste aanleg).

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

Service public fédéral Justice / Federale Overheidsdienst Justitie
Service de Coopération internationale civile / Dienst Internationale rechtshulp in burgerlijke zaken
Boulevard de Waterloo 115 / Waterloolaan 115
1000 Bruxelles / Brussel
Belgique / België

Tel.: +32(2)542.65.11  
Fax +32(2)542.70.06 / +32(2)542.70.38  
Email: eu1206ue@just.fgov.be
Ġuriżdizzjoni territorjali: Il-Belġju (il-pajjiż sħiħ)
Lingwi: Il-Franċiż, l-Olandiż u l-Ingliż.

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Il-formoli standard imsemmija fl-Anness I tar-Regolament u kwalunkwe hemża jridu jimtlew jew jiġu tradotti fil-lingwa tad-distrett ġudizzjarju tal-qorti tal-prim’istanza li quddiemha jsir ir-rikors. Ebda lingwa oħra ma hija aċċettata.

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Posta jew faks.

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

Service public fédéral Justice / Federale Overheidsdienst Justitie Service de Coopération internationale civile / Dienst Internationale rechtshulp in burgerlijke zaken
Boulevard de Waterloo 115 / Waterloolaan 115
1000 Bruxelles / Brussel
Belgique / België

Tel.: +32(2)542.65.11  
Fax +32(2)542.70.06 / +32(2)542.70.38  
Email: eu1206ue@just.fgov.be
Ġuriżdizzjoni territorjali: Il-Belġju (il-pajjiż sħiħ)
Lingwi: Il-Franċiż, l-Olandiż u l-Ingliż.

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

Il-Belġju jiddikjara li, fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Istati Membri l-oħra, ir-Regolament jipprevali fi kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu fuq l-istrumenti l-oħrajn:

  • Il-Konvenzjoni tal-21 ta’ Ġunju 1922 bejn il-Belġju u r-Renju Unit dwar it-trażmissjoni ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji u l-ġbir ta’ provi;
  • Il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili;
  • Il-Konvenzjoni tal-1 ta’ Marzu 1956 bejn il-Belġju u Franza dwar assistenza ġudizzjarja reċiproka f’materji ċivili u kummerċjali;
  • Il-Konvenzjoni ta’ New York tal-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-irkupru barra l-pajjiż tal-manteniment;
  • Il-Ftehim tal-25 ta’ April 1959 bejn il-Gvern tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili;
  • Il-Konvenzjoni tat-23 ta’ Ottubru 1989 bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar assistenza ġudizzjarja reċiproka u kooperazzjoni legali, addizzjonali għall-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili.

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 15/02/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.