- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
- L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
- L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
- L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
- L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
- L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
- L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
Mhux applikabbli
L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
Il-qorti tal-ewwel istanza (tribunal de première instance / rechtbank van eerste aanleg).
L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
Service public fédéral Justice / Federale Overheidsdienst Justitie
Service de Coopération internationale civile / Dienst Internationale rechtshulp in burgerlijke zaken
Boulevard de Waterloo 115 / Waterloolaan 115
1000 Bruxelles / Brussel
Belgique / België
Tel.: +32(2)542.65.11
Fax +32(2)542.70.06 / +32(2)542.70.38
Email: eu1206ue@just.fgov.be
Ġuriżdizzjoni territorjali: Il-Belġju (il-pajjiż sħiħ)
Lingwi: Il-Franċiż, l-Olandiż u l-Ingliż.
L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
Il-formoli standard imsemmija fl-Anness I tar-Regolament u kwalunkwe hemża jridu jimtlew jew jiġu tradotti fil-lingwa tad-distrett ġudizzjarju tal-qorti tal-prim’istanza li quddiemha jsir ir-rikors. Ebda lingwa oħra ma hija aċċettata.
L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
Posta jew faks.
L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
Service public fédéral Justice / Federale Overheidsdienst Justitie Service de Coopération internationale civile / Dienst Internationale rechtshulp in burgerlijke zaken
Boulevard de Waterloo 115 / Waterloolaan 115
1000 Bruxelles / Brussel
Belgique / België
Tel.: +32(2)542.65.11
Fax +32(2)542.70.06 / +32(2)542.70.38
Email: eu1206ue@just.fgov.be
Ġuriżdizzjoni territorjali: Il-Belġju (il-pajjiż sħiħ)
Lingwi: Il-Franċiż, l-Olandiż u l-Ingliż.
L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
Il-Belġju jiddikjara li, fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Istati Membri l-oħra, ir-Regolament jipprevali fi kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu fuq l-istrumenti l-oħrajn:
- Il-Konvenzjoni tal-21 ta’ Ġunju 1922 bejn il-Belġju u r-Renju Unit dwar it-trażmissjoni ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji u l-ġbir ta’ provi;
- Il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili;
- Il-Konvenzjoni tal-1 ta’ Marzu 1956 bejn il-Belġju u Franza dwar assistenza ġudizzjarja reċiproka f’materji ċivili u kummerċjali;
- Il-Konvenzjoni ta’ New York tal-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-irkupru barra l-pajjiż tal-manteniment;
- Il-Ftehim tal-25 ta’ April 1959 bejn il-Gvern tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili;
- Il-Konvenzjoni tat-23 ta’ Ottubru 1989 bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar assistenza ġudizzjarja reċiproka u kooperazzjoni legali, addizzjonali għall-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili.
L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Mhux applikabbli
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.