- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
- L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
- L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
- L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
- L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
- L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
- L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
Il-Qrati.
L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
It-talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda għandhom jintbagħtu lill-qorti distrettwali (rayonen sad) li fil-ġuriżdizzjoni tagħha għandha ssir il-kumpilazzjoni tax-xhieda.
L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
Il-Ministeru għall-Ġustizzja
Id-Direttorat għall-Kooperazzjoni Legali u l-Affarijiet Ewropej
It-Taqsima tal-Kooperazzjoni Internazzjonali f’Materji Ċivili
Tel.: +359 2 9237 413
+359 2 9237 544
+359 2 9237 576
Fax: +3592 9809223
Email: civil@justice.government.bg
Indirizz: ul. Slavyanska No 1
1040 Sofia
Bulgaria
L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
It-talbiet minn Stat Membru ieħor għall-kumpilazzjoni tax-xhieda u t-teħid ta’ dikjarazzjonijiet għandhom ikunu miktuba bil-Bulgaru.
L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
Il-qrati distrettwali jaċċettaw talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda u komunikazzjonijiet oħrajn li jaslu bil-posta.
L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
L-awtorità kompetenti biex tawtorizza l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda fir-Repubblika tal-Bulgarija, u biex tipprovdi assistenza prattika f’dak il-proċess, hija l-qorti provinċjali (okrazhen sad) li l-kumpilazzjoni tax-xhieda għandha ssir fil-ġuriżdizzjoni tagħha.
L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
Ir-Repubblika tal-Bulgarija ma timplimenta u ma kkonkludiet ebda ftehim jew arranġament internazzjonali ma’ Stati Membri oħrajn tal-UE li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-kumpilazzjoni tax-xhieda.
Ir-Regolament jieħu preċedenza fuq ftehimiet konklużi mir-Repubblika tal-Bulgarija ma’ Stati Membri oħrajn fir-rigward tal-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili u kummerċjali.
L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sal-lum, il-Bulgarija ma għandhiex il-ħsieb li tuża l-possibbiltà tat-tħaddim bikri tas-sistema deċentralizzata tal-IT.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.