Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Estonja

Il-kontenut ipprovdut minn
Estonja

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (riformulazzjoni), nutar tal-Estonja jitqies li hu “qorti” f’dak li għandu x’jaqsam ma’ materji relatati mas-suċċessjoni.

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

Qrati tal-kontej.

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

Il-funzjonijiet tal-korp ċentrali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (EU) 2020/1783 jitwettqu mill-Ministeru għall-Ġustizzja (Justiitsministeerium).

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Suur-Ameerika 1

10122 Tallinn, Estonia

Tel.: (+372) 620 8183

Faks: (+372) 620 8109

Indirizz tal-posta elettronika: central.authority@just.ee

http://www.just.ee/

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament, l-Estonja taċċetta formoli standard kemm bl-Estonjan kif ukoll bl-Ingliż.

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika.

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

Il-funzjonijiet tal-korp ċentrali msemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament jitwettqu mill-Ministeru għall-Ġustizzja. Il-Ministeru għall-Ġustizzja huwa nominat bħala l-awtorità kompetenti biex tiddeċiedi dwar jekk taċċettax jew tirrifjutax talba magħmula skont l-Artikolu 19 tar-Regolament.

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Suur-Ameerika 1

10122 Tallinn, Estonia

Tel.: (+372) 620 8183

Faks: (+372) 620 8109

Indirizz tal-posta elettronika: central.authority@just.ee

http://www.just.ee/

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

  • Il-Ftehim bejn l-Estonja u l-Polonja dwar l-Għoti ta’ Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Industrijali u Kriminali
  • Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Litwanja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali.

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

-
L-aħħar aġġornament: 14/11/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.