Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Finlandja

Il-kontenut ipprovdut minn
Finlandja

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

Il-Finlandja ma għandhiex awtoritajiet bħal dawn.

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

It-talbiet jiġu riċevuti mill-qrati distrettwali.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-korp ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament. Il-ġuriżdizzjoni tiegħu tkopri l-Finlandja kollha. Bħala korp ċentrali, il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa nominat bħala l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq talbiet magħmulin skont l-Artikolu 19. Id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma:

L-indirizz għaż-żjarat:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Eteläesplanadi 10,

FIN-00130 Helsinki

L-indirizz postali:

Ministry of Justice

PL 25

FIN-00023 Government

Tel.: (358-9) 16 06 76 28

Faks: Tel. (358-9) 16 06 75 24

Indirizz tal-posta elettronika: central.authority.om@gov.fi

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Lingwi aċċettati: Il-Finlandiż, l-Iżvediż, l-Ingliż.

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

It-talbiet jistgħu jiġu sottomessi bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika.

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

L-indirizz għaż-żjarat:

Eteläesplanadi 10,

FIN-00130 Helsinki

L-indirizz postali:

PL 25

FIN-00023 Government

Tel: (358-9) 16 06 76 28

Faks: (358-9) 16 06 75 24

Indirizz tal-posta elettronika: central.authority.om@gov.fi

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

-
L-aħħar aġġornament: 08/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.