Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Franza

Il-kontenut ipprovdut minn
Franza

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Franza

Teħid ta’ Evidenza


*input mandatarju

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

L-imħallef, fuq talba tal-partijiet jew ex officio, għandu l-kompetenza unika li joħroġ talba għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili u kummerċjali sabiex iwettaq l-atti ġudizzjarji li huwa jqis meħtieġa jew biex jitwettqu tali atti.

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

Il-qrati reġjonali u distrettwali magħquda (tribunaux judiciaires) għandhom il-kompetenza unika li jeżegwixxu talbiet għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili u kummerċjali.

Il-qorti b’kompetenza territorjali hija l-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha trid tiġi eżegwita t-talba għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda.

Il-qorti kompetenti u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha jistgħu jiġu identifikati bl-għajnuna tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fuq is-sit web tal-Ġustizzja Elettronika.

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

Franza għażlet li korp wieħed ikun kompetenti fil-livell nazzjonali, jiġifieri d-Dipartiment għall-Assistenza Reċiproka, id-Dritt Internazzjonali Privat u d-Dritt tal-UE (Département de l’entraide, du droit international privé et européen – DEDIPE) tal-Ministeru tal-Ġustizzja:

Indirizz:
Ministère de la Justice [Ministry of Justice]
Direction des Affaires Civiles et du Sceau [Civil Affairs and Seals Directorate]
Département de l’entraide, du droit international privé et européen (DEDIPE)
13 place Vendôme
75042, PARIS Cedex 01

Tel. +33 144776105
Fax +33 144776122
Email: Entraide-civile-internationale@justice.gouv.fr

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Il-formoli mibgħuta lill-qrati magħquda jew lill-korp ċentrali Franċiż iridu jinkitbu bil-Franċiż jew jiġu tradotti għalih.

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

It-talbiet jistgħu jintbagħtu lill-qrati Franċiżi jew lill-korp ċentrali Franċiż bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika.

Jekk talba tkun teħtieġ jew ikollha timbru jew firma bl-idejn, dawn jistgħu jiġu sostitwiti b’“siġill elettroniku kwalifikat” jew “firma elettronika kwalifikata” skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 (l-Artikolu 7(3)).

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

Ministère de la Justice [Ministry of Justice]
Direction des Affaires Civiles et du Sceau [Civil Affairs and Seals Directorate]
Département de l’entraide, du droit international privé et européen (DEDIPE)
13 place Vendôme
75042, PARIS Cedex 01

Tel. +33 144776105
Fax +33 144776122
Email: Entraide-civile-internationale@justice.gouv.fr

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

Xejn

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Mhux disponibbli

L-aħħar aġġornament: 03/02/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.