Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Ġermanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

Xejn.

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

Il-qorti kompetenti għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda fil-Ġermanja – bħala l-qorti rikjesta fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/1783 – hija l-qorti lokali (Amtsgericht) li l-proċeduri għandhom isiru fid-distrett tagħha (l-Artikolu 1074(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung, ZPO)).

Il-gvernijiet tal-Land jistgħu joħorġu ordnijiet (Rechtsverordnungen) li jagħtu struzzjoni lil qorti lokali waħda biex twettaq il-funzjoni tal-qorti rikjesta għad-distretti koperti minn diversi qrati lokali (l-Artikolu 1074(2) ZPO).

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

Il-funzjonijiet tal-korp ċentrali huma mwettqa primarjament fil-livell tal-Land.  
F’kull Land, hemm korp ċentrali b’kompetenza fuq dak il-Land. Il-gvern tal-Land jiddetermina liema korp għandu jwettaq din il-funzjoni fit-territorju tal-Land (l-Artikolu 1074(3) ZPO). Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-korp ċentrali tal-Land huwa l-awtorità ġudizzjarja tal-Land, qorti reġjonali superjuri jew qorti lokali.

Minbarra s-16-il korp ċentrali fil-livell tal-Land, hemm korp ċentrali wieħed fil-livell federali – l-Uffiċċju Federali tal-Ġustizzja (Bundesamt für Justiz). Meta jkun meħtieġ, il-korp ċentrali federali jappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti fil-Länder (l-Artikolu 1074(4) ZPO).

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Talbiet, komunikazzjonijiet skont ir-Regolament u entrati fil-formoli fl-Anness I tar-Regolament jeħtieġ li jsiru bil-Ġermaniż (l-Artikolu 1075 ZPO).

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Ma hemmx informazzjoni.

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

F’kull Land, il-funzjoni tal-korp ċentrali titwettaq minn korp maħtur mill-gvern tal-Land. Bħala regola, dawn huma awtoritajiet ġudizzjarji tal-Land, qrati reġjonali superjuri jew qrati lokali tal-Land partikolari.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

Ma hemmx informazzjoni.

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Ma hemmx informazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 08/07/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.