Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Irlanda

Il-kontenut ipprovdut minn
Irlanda

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Irlanda

Teħid ta’ Evidenza


*input mandatarju

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

Ebda

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

District Court 1st Floor,

Aras Ui Dhalaigh, Four Courts,

Dublin 7

Telefon: (353-01) 888 6152

Faks: (353-01) 878 3218

maevefoley@courts.ie

Persuna ta’ Kuntatt: Maeve Foley

Ġuriżdizzjoni territorjali: Nazzjonali

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

Courts Service, 1st Floor,

Aras Ui Dhalaigh, Four Courts,

Dublin 7

Telefon: (353-01) 888 6152

Faks: (353-01) 878 3218

maevefoley@courts.ie

Persuna ta’ Kuntatt: Maeve Foley

Ġuriżdizzjoni territorjali: Nazzjonali.

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Il-formoli se jiġu aċċettati bl-Irlandiż jew bl-Ingliż biss

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

It-talbiet jistgħu jintbagħtu bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

(1) Il-Qorti taċ-Ċirkwit (Circuit Court) għandha tkun kompetenti biex tagħmel kumpilazzjoni ta’ xhieda skont talba li għaliha japplika l-Artikolu 1.1(a) tar-Regolament tal-Kunsill.

(2) Soġġett għall-paragrafu (3), is-setgħa mogħtija lill-Qorti taċ-Ċirkwit mill-paragrafu (1) għandha tiġi eżerċitata mir-reġistratur tal-kontea għall-kontea jew għall-kontea li fiha x-xhud li minnu għandha tittieħed l-evidenza jirrisjedi, jew iwettaq kwalunkwe professjoni, kummerċ, negozju jew okkupazzjoni oħra.

(3) Meta talba tkun relatata ma’ aktar minn xhud wieħed u l-paragrafu (2) ikun jopera biex jirrikjedi l-kumpilazzjoni ta’ xhieda mix-xhieda kkonċernati mir-reġistraturi tal-kontea għal kontej jew kontej differenti, is-setgħa mogħtija lill-Qorti taċ-Ċirkwit mill-paragrafu (1) għandha, fir-rigward tal-kumpilazzjoni ta’ xhieda minn kull wieħed minn dawk ix-xhieda, tiġi eżerċitata minn tali reġistratur tal-kontea li jista’ jiġi nnominat mill-Kap Eżekuttiv tas-Servizz tal-Qrati jew minn tali membru tal-persunal tas-Servizz tal-Qrati li huwa jew hija j/tista’ j/tawtorizza f’dak l-isem.

(4) Is-servizz tal-Qrati huwa maħtur bħala l-korp ċentrali fl-Istat għall-finijiet tal-Artikoli 4 u 19 tar-Regolament tal-Kunsill.

Id-dettalji ta’ kuntatt jinsabu hawn taħt:

Courts Service, 1st Floor,

Aras Ui Dhalaigh, Four Courts,

Dublin 7

Telefon: (353-01) 888 6152

Faks: (353-01) 878 3218

maevefoley@courts.ie

Persuna ta’ Kuntatt: Maeve Foley

Circuit & District Court Operations Directorate

Courts Service,

4th Floor Phoenix House,

15 - 24 Phoenix St. North,

Smithfield,Dublin 7

Telefon: +353 1 888 6066/6070

Faks: (353-01) 888 60 63

Persuna ta’ kuntatt: Treena Hever

Indirizz elettroniku: CDDirectorate@courts.ie

Superior Courts Directorate

Courts Service,

4th Floor Phoenix House,

15 - 24 Phoenix St. North,

Smithfield,Dublin 7

Persuna ta’ Kuntatt: Natasha Whyte

Indirizz elettroniku: superiorcourtsoperations@courts.ie

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

Ebda

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Mhux Applikabbli

L-aħħar aġġornament: 14/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.