Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Latvja

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

Mhux applikabbli – hemm biss qrati.

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

Skont l-Artikolu 689(1) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili, talba minn pajjiż barrani għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda tiġi deċiża mill-qorti distrettwali (tal-belt) li fiż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tagħha jinsab is-sors tax-xhieda li għandha tiġi kkumpilata.

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

Il-Ministeru għall-Ġustizzja

Indirizz: Brīvības bulvāris 36, Riga, LV-1050

Tel. +371 67036801

Email: pasts@tm.gov.lv

Sit web: https://www.tm.gov.lv/lv

Lingwi ta’ komunikazzjoni: Il-Latvjan, l-Ingliż

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Minbarra formoli mimlija bil-lingwa Latvjana, il-formoli mimlija bl-Ingliż huma aċċettati wkoll fil-Latvja.

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

It-talbiet jistgħu jintbagħtu bil-posta jew bl-email.

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

Il-Ministeru għall-Ġustizzja

Indirizz: Brīvības bulvāris 36, Riga, LV-1050

Tel. +371 67036801

Email: pasts@tm.gov.lv

Sit web: https://www.tm.gov.lv/lv

Lingwi ta’ komunikazzjoni: Il-Latvjan, l-Ingliż

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

Il-Latvja ma kkonkludiet l-ebda ftehim jew arranġament mal-Istati Membri skont l-Artikolu 29(2).

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 15/07/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.