- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
- L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
- L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
- L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
- L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
- L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
- L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
Skont il-liġi nazzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja, il-qrati Litwani biss huma kompetenti biex jikkumpilaw xhieda għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali.
L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
Il-qrati rikjesti huma l-qrati tal-prim’istanza:
– il-qrati distrettwali u, fil-każijiet speċifikati mil-liġi, il-qrati reġjonali.
Materji ċivili li jistgħu jinstemgħu mill-qrati reġjonali
Il-qrati reġjonali, bħala qrati tal-prim’istanza, jisimgħu kawżi ċivili:
1) għal talbiet li jaqbżu l-erbgħin elf euro, esklużi kawżi relatati mal-liġi tal-familja, ir-relazzjonijiet ta’ impjieg jew il-kumpens għal danni mhux materjali;
2) relatati mar-relazzjonijiet legali morali taħt id-drittijiet tal-awtur;
3) relatati mar-relazzjonijiet legali li jirriżultaw minn offerta pubblika ċivili;
4) relatati mal- falliment u r- ristrutturar, minbarra kawżi relatati mal-falliment ta’ persuni fiżiċi;
5) li fihom waħda mill-partijiet tkun stat barrani;
6) għal pretensjonijiet relatati mal-bejgħ obbligatorju ta’ ishma (interessi, ishma tal-membri);
7) għal talbiet relatati ma’ investigazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ entità ġuridika;
8) relatati ma’ kumpens għal dannu materjali u mhux materjali bi ksur tad-drittijiet stabbiliti tal-pazjenti;
9) li, skont il-liġi, jinstemgħu mill-qrati reġjonali bħala l-qorti tal-prim’istanza.
Kawżi ċivili li jistgħu jinstemgħu mill-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius
Il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius, li taġixxi bħala qorti tal-prim’istanza, għandha ġuriżdizzjoni unika li tisma’ kawżi ċivili:
1) li jinvolvu tilwim skont l-Att Litwan dwar il-Privattivi;
2) li jinvolvu tilwim skont l-Att Litwan dwar it-Trademarks;
3) li jinvolvu l-adozzjoni abbażi ta’ rikorsi minn ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja li għandhom ir-residenza permanenti tagħhom f’pajjiż barrani, ċittadini barranin jew persuni mingħajr Stat biex jadottaw ċittadin tar-Repubblika tal-Litwanja li jirrisjedi fir-Repubblika tal-Litwanja, u rikorsi minn persuni li r-residenza abitwali tagħhom tinsab fir-Repubblika tal-Litwanja biex jadottaw ċittadin tar-Repubblika tal-Litwanja li jirrisjedi f’pajjiż barrani;
4) li, skont il-liġi applikabbli, jinstemgħu biss mill-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius bħala l-qorti tal-prim’istanza.
https://www.teismai.lt/lt/visuomenei-ir-ziniasklaidai/teismai-ir-teisejai/teismu-kontaktai/1700;
L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja
Gedimino pr. 30
LT-01104 Vilnius
Telefown: + 370 600 38 904
Faks: +370 5 262 59 40
E-mail: rastine@tm.lt
L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
Minbarra l-Litwan, ir-Repubblika tal-Litwanja taċċetta formoli mimlija bl-Ingliż.
L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
Jekk it-trażmissjoni ma tkunx possibbli minħabba t-tfixkil tas-sistema deċentralizzata tal-IT, it-talbiet u notifiki oħra jistgħu jiġu trażmessi bil-posta jew b’email.
L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja
Gedimino pr. 30
LT-01104 Vilnius
Telefown: + 370 600 38 904
Faks: +370 5 262 59 40
E-mail: rastine@tm.lt
L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
Il-Litwanja ma kkonkludiet l-ebda ftehim jew arranġament mal-Istati Membri biex tiġi ffaċilitata aktar il-kumpilazzjoni ta’ xhieda, kif imsemmi fl-Artikolu 29(2).
L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
-Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.