- L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
- L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
- L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
- L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
- L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
- L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
- L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
Fil-Lussemburgu, huma biss l-awtoritajiet ġudizzjarji li huma kompetenti biex jiġbru provi għal proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali.
L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
Il-link li ġej jipprovdi aċċess għad-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati b’ġuriżdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali:
Juridictions judiciaires - Organisation de la justice - La Justice - Luxembourg (public.lu).
L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
Il-korp ċentrali huwa:
Parquet Général
Cité Judiciaire, Bâtiment CR
Plateau du Saint-Esprit
L-2080 Luxembourg
Telefown: (+352) 47 59 81-2329
Faks: (+352) 47 05 50
Indirizz tal-posta elettronika: parquet.general@justice.etat.lu
L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
Il-Lussemburgu jippermetti li l-formola tar-rikjesta timtela bil-Ġermaniż kif ukoll bil-Franċiż.
L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
Mezzi ta’ trażmissjoni aċċettati mil-Lussemburgu:
- posta
- faks.
L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
Il-korp ċentrali huwa:
Parquet Général
Cité Judiciaire, Bâtiment CR
Plateau du Saint-Esprit
L-2080 Luxembourg
Telefown: (+352) 47 59 81-2329
Faks: (+352) 47 05 50
Indirizz tal-posta elettronika: parquet.general@justice.etat.lu
L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
- Il-Konvenzjoni tas-17 ta’ Marzu 1972 bejn il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika tal-Awstrija, minbarra l-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-Proċedura Ċivili.
- L-iskambju ta’ dikjarazzjonijiet tat-23 ta’ Lulju 1956 bejn Franza u l-Lussemburgu dwar it-trażmissjoni ta’ ittri rogatorji.
L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Mhux applikabbli.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.