- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
- L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
- L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
- L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
- L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
- L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
- L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
Mhux applikabbli
L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
1. Prim'Awla tal-Qorti Ċivili - li għandha ġurisdizzjoni ġenerali fuq kwistjonijiet ċivili u kummerċjali li mhumiex b'dispozizzjoni speċjali tal-liġi assenjati biex jiġu ġġudikati u determinati minn qorti oħra. Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili għandha wkoll ġurisdizzjoni biex tisma' kawzi ta' stħarriġ ġudizzjarju ta' azzjonijiet amministrattivi; azzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' drittijiet tal-bniedem; applikazzjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ta' valur indeterminat u kwistjonijiet ta' drittijiet reali;
2. Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) - li għandha ġurisdizzjoni speċjali fuq kwistjonijiet kummerċjali;
3. Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) - li għandha ġurisdizzjoni speċjali fuq kwistjonijiet tal-familja;
4. Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja) - li għandha ġurisdizzjoni speċjali fuq kwistjonijiet mhux kontenzjuzi. Il-funzjoni tagħha hija li tissorvelja u tipproteġi ċerti drittijiet u interessi, li ma jiġux ezerċitati mill-persuna li lilha jappartjeni d-dritt jew interess;
5. Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi) - li għandha ġurisdizzjoni speċjali biex tisma' azzjonijiet in rem, għall-irkupru ta' rikavat mill-kriminalita' jew għall-konfiska ta' propjeta' kwalunkwe li mhux ibbazata fuq il-kundanna mill-Istat jew minn entita' tal-Istat;
6. Qorti tal-Maġistrati (Malta) - li għandha ġurisdizzjoni speċjali biex tisma' talbiet ċivili sal-ammont ta' Ewro 15,000 kontra persuni li joqogħdu jew li għandhom ir-residenza tagħhom ordinarja f'parti tal-Gzira ta' Malta;
7. Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Superjuri - li għandha ġurisdizzjoni speċjali biex tisma' t-talbiet kollha kontra persuni li joqgħodu jew li għandhom ir-residenza tagħhom ordinarja fil-Gzira ta' Għawdex jew ta' Kemmuna, liema talbiet kieku kienu jiġu ġġudikati mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) jew il-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja);
8. Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Inferjuri - li għandha ġurisdizzjoni speċjali biex tisma' t-talbiet kollha sal-ammont ta' Ewro 15,000 kontra persuni li joqgħodu jew li għandhom ir-residenza tagħhom ordinarja fil-Gzira ta' Għawdex jew ta' Kemmuna;
9. Tribunal għal Talbiet Zgħar - li għandu ġurisdizzjoni speċjali biex jisma' t-talbiet kollha ta' flus ta' ammont mhux izjed minn Ewro 5,000
L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
L-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat
16, Casa Scaglia, Triq Mikiel Anton Vassalli,
Valletta VLT1311
Tel: +35622265000
Email: info@stateadvocate.mt
L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
Ingliz
L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
Posta Reġistrata
L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
Il-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta huma l-awtoritajiet kompetenti għal kumpilazzjoni diretta tax-xhieda.
Indirizz: Il-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta
Triq ir-Repubblika
Valletta VLT1112
Email: info.courts@courtservices.mt
L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
Mhux Applikabbli
L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Mhux applikabbli
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.