Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovakkja

Teħid ta’ Evidenza


*input mandatarju

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

In-nutara huma l-awtoritajiet l-oħrajn għall-fini tal-Artikolu 2(1) (fi proċedimenti dwar wirt u fi proċedimenti li jfittxu r-rikostituzzjoni ta’ strument legali mitluf jew meqrud, bħal att ta’ titolu (konanie o umorení listiny)).

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

Il-qrati distrettwali (okresné súdy) jew il-qrati tal-belt (mestské súdy) li fid-distrett tagħhom għandha tinġabar l-evidenza mitluba, bil-qrati li ġejjin jintalbu kif speċifikat hawn taħt:

-          għall-kawżi tal-liġi tal-familja u tal-istat ċivili, il-qorti kompetenti għad-distretti kollha ta’ Bratislava hija l-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II (Mestský súd Bratislava II);

-          għall-kawżi kummerċjali l-qorti kompetenti għad-distretti kollha ta’ Bratislava u għad-distretti ta’ Malacky u Pezinok hija l-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava III (Mestský súd Bratislava III);

-          għal kawżi oħra l-qorti kompetenti għad-distretti kollha ta’ Bratislava hija l-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava IV (Mestský súd Bratislava IV).

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky)

International Private Law Division

Račianska ul. 71

813 11 Bratislava

Slovak Republic

Telefon: (421) 2 888 91 111

Faks: (421) 2 888 91 604

Posta elettronika: civil.inter.coop@justice.sk

sit web:https://www.justice.gov.sk/

Għarfien tal-lingwi: Is-Slovakk, iċ-Ċek u l-Ingliż

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Is-Slovakk u ċ-Ċek.

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

L-awtoritajiet Slovakki jaċċettaw talbiet bil-miktub, f’forma ta’ karta.

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

Ministry of Justice of the Slovak Republic

International Private Law Division

Račianska ul. 71

813 11 Bratislava

Slovak Republic

Tel.: (421) 2 888 91 111

Faks: (421) 2 888 91 604

Indirizz tal-posta elettronika: civil.inter.coop@justice.sk

Sit Web: https://www.justice.gov.sk/

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Mhux applikabbli.
L-aħħar aġġornament: 26/07/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.