Nota: la versión original de esta página inglés se modificó recientemente. Nuestros traductores trabajan en una versión en la lengua que está consultando.
Swipe to change

Tqegħid ta’ minuri f’pajjiż ieħor inkl. f’foster family

Tfal jistgħu jeħtieġu familja ġdida għax ikunu orfni jew għax il-ġenituri tagħhom ma jkunux jidhru li jkunu kapaċi jieħdu ħsiebhom.

Kwalunkwe tip ta’ tqegħid ta’ tfal ma’ xi ħadd li mhuwiex ġenitur - f’foster home ma’ individwu wieħed jew aktar, jew f’kura istituzzjonali, pereżempju f’orfanatrofju jew f’dar tat-tfal – f’pajjiż ieħor tal-UE huwa kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Brussell IIb. Dan jinkludi wkoll “tqegħid edukattiv” ordnat minn qorti jew organizzat minn awtorità kompetenti bil-qbil tal-ġenituri jew tat-tfal jew fuq talba tagħhom wara imġiba devjanti tat-tfal.

Qorti jew awtorità li tippjana li tqiegħed tfal f’pajjiż ieħor tal-UE trid tikseb il-kunsens tal-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż qabel ma tordna jew torganizza t-tqegħid. Ir-Regolament jirreferi għal-liġi nazzjonali biex jistabbilixxi meta jkun hemm bżonn ta’ konsultazzjoni:

  • mhijiex meħtieġa meta t-tfal jitqiegħdu ma’ ġenitur;
  • il-liġi u l-proċedura nazzjonali ta’ kull pajjiż tal-UE jistgħu jispeċifikaw li l-kunsens tagħhom ma jkunx meħtieġ għal tqegħid fit-territorju tagħhom stess ma’ ċerti kategoriji ta’ qraba stretti apparti l-ġenituri.

It-talba għal kunsens għandha tinkludi mill-inqas rapport dwar it-tfal flimkien mar-raġunijiet għat-tqegħid propost jew l-għoti tal-indukrament, it-tul ta’ żmien mistenni tat-tqegħid u informazzjoni dwar kwalunkwe finanzjament ikkontemplat. Dan irid jiġi ssupplimentat bi kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Istat Membru rikjest jista’ jikkunsidra li tkun pertinenti bħal kwalunkwe superviżjoni prevista tal-miżura, arranġamenti għal kuntatt mal-ġenituri, qraba oħrajn, jew persuni oħrajn li l-minuri għandu relazzjoni mill-qrib magħhom, jew ir-raġunijiet għaliex tali kuntatt mhuwiex ikkontemplat.

Il-liġi u l-proċedura nazzjonali ta’ kull pajjiż tal-UE jirregolaw il-proċedura biex jinkiseb il-kunsens għat-tqegħid.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

L-aħħar aġġornament: 19/09/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.