- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti
- L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti
- L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet
- L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti
L-awtorità kompetenti li tittrażmetti u tirċievi r-rikorsi fir-Repubblika tal-Kroazja hija:
il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (Ministarstvo pravosuđa i uprave Republike Hrvatske)
Ulica grada Vukovara 49
Tel.: +385 1 371 40 00
Fax: +385 1 371 45 07
Sit web: https://mpu.gov.hr/
L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti
Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja huwa l-awtorità kompetenti għar-Repubblika tal-Kroazja kollha.
L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet
Ir-rikorsi huma aċċettati bil-posta fir-Repubblika tal-Kroazja.
L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni
Jekk parti domiċiljata jew residenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tfittex l-għajnuna legali f’tilwima transfruntiera quddiem qorti fir-Repubblika tal-Kroazja, il-formoli u d-dokumenti relevanti għandhom jiġu ppreżentati tradotti fil-Kroat. Jekk parti domiċiljata jew residenti fir-Repubblika tal-Kroazja tfittex għajnuna legali f’tilwima transfruntiera quddiem qorti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, il-formola tar-rikors u d-dokumenti ta’ akkumpanjament jiġu tradotti mill-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti tal-Unjoni Ewropea u tal-awtorità riċeventi kompetenti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.