- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti
- L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet
- L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
Il-Konformità tar-Renju Unit mad-Direttiva dwar l-Għajnuna Legali
Artikolu 15 - L-Ipproċessar tar-Rikorsi
Is-sistemi tal-kompjuter tal-awtoritajiet tal-għajnuna legali tar-Renju Unit jiżguraw li r-rikorrenti jiġu infurmati meta jaslu r-rikorsi u meta tittieħed xi deċiżjoni fuq rikors.
Ir-raġunijiet dejjem jingħataw mill-awtorità xierqa għar-rifjut sħiħ jew parzjali tar-rikorsi.
Fl-Ingilterra u f’Wales, għall-parti l-kbira tal-forom ta’ għajnuna legali hemm dritt ta’ appell quddiem bord legali indipendenti ta’ avukati b’esperjenza miksuba minn prattika privata. Proċeduri għall-isħarriġ ġudizzjarju taċ-ċaħda ta’ rikorsi għall-għajnuna legali ċivili huma stabbiliti wkoll fl-Iskozja. Kull rifjut ta’ għajnuna legali fir-Renju Unit jista’ jiġi kkontestat mill-Qrati permezz ta’ stħarriġ ġudizzjarju.
Artikolu 16 - Formola Standard
Fl-Ingilterra u Wales il-formola standard stabbilita taħt din id-Direttiva tintitola lir-rikorrent għal kwalunkwe konsulenza prekontenzjuża. Bħal fil-każ ta’ kwalunkwe rikorrent, tista’ tkun meħtieġa aktar informazzjoni jew formola oħra biex tipproċedi għar-rappreżentanza fil-Qorti. L-avukat li jipprovdi l-parir inizjali jgħin lill-klijent fil-preparazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra jew formola ta’ rikors oħra li tista’ tkun meħtieġa.
L-Iskozja taċċetta l-formola standard għar-rikorsi għall-għajnuna legali ċivili għar-rappreżentanza minn Novembru 2004 iżda għadha mhix f’pożizzjoni li tintroduċi miżuri li jippermettulha taċċetta rikorsi għal pariri u assistenza prekontenzjużi taħt id-Direttiva. Madankollu, l-iskema ta’ pariri u assistenza eżistenti tippermetti li l-pariri prekontenzjużi jkunu disponibbli għar-rikorrenti transfruntiera irrispettivament min-nazzjonalità jew ir-residenza tagħhom.
Minbarra l-formola standard taħt din id-Direttiva, ir-Renju Unit, naturalment, jaċċetta rikorsi għal għajnuna legali minn persuni li jużaw il-formoli domestiċi ta’ rikors tiegħu f’każijiet transfruntiera.
Dispożizzjonijiet Finali
B’rabta mal-Artikolu 18, informazzjoni sħiħa u gwida dwar l-għajnuna legali fir-Renju Unit tista’ tinstab fis-sit web li ġej:
Il-Kummissjoni għas-Servizzi Legali tal-Ingilterra u Wales (Legal Services Commission for England and Wales): http://www.legalservices.gov.uk/
Bord tal-Għajnuna Legali għall-Iskozja (Legal Aid Board for Scotland): http://www.slab.org.uk/
Il-Kummissjoni għas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Legal Services Commission): http://www.nilsc.org.uk/
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet
Aħna naċċettaw rikorsi bil-posta (inkluż l-Iskambju ta’ Dokumenti) jew permezz ta’ posta elettronika fl-indirizz mogħti hawn fuq. Aħna naċċettaw ukoll talbiet minn avukati biex jieħdu passi urġenti f’isem il-klijenti qabel is-sottomissjoni u d-determinazzjoni tar-rikors attwali għall-għajnuna legali ċivili.
L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni
Ir-rikorsi jiġu aċċettati bl-Ingliż. It-Tim Ċentrali tas-Servizzi għall-Klijenti jista’ jirranġa għat-traduzzjonijiet tar-rikorsi jew tad-dokumenti jekk dawn ikunu meħtieġa mill-awtorità riċeventi.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.