L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti
Il-qorti li għandha ġurisdizzjoni għat-talbiet ħerġin hija l-qorti lokali (Amtsgericht) tad-distrett li fih ir-rikorrent ikollu d-domiċilju (Wohnsitz) jew ir-residenza abitwali tiegħu (gewöhnlicher Aufenthalt). Il-gvernijiet tal-Landen jistgħu joħorġu ordnijiet (Rechtsverordnungen) li jagħtu lil qorti lokali waħda l-funzjoni ta’ qorti mitluba għad-distretti ta’ diversi qrati lokali. Fin-Nordrhein-Westfalen, il-qrati lokali li għandhom is-sede tagħhom fl-istess post bħall-qorti reġjonali (Landgericht) għandhom ġurisdizzjoni biex jirċievu u jittrasmettu r-rikorsi għall-assistenza transfruntiera fir-rigward tat-tariffi tal-qorti (Prozesskostenhilfe) imressqa minn persuni fiżiċi, u biex jittrasmettu rikorsi għall-assistenza transfruntiera fir-rigward tal-konsulenza ġuridika (Beratungshilfe).
F’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(1) tal-Att dwar il-Manteniment minn Barra l-Pajjiż (Auslandsunterhaltgesetz - AUG), l-awtorità ta’ trasmissjoni għat-talbiet transfruntiera għall-assistenza fir-rigward tat-tariffi tal-qorti fi pretensjonijiet għal manteniment hija l-qorti lokali għad-distrett tas-sede tal-qorti reġjonali superjuri (Oberlandesgericht) li r-rikorrent ikollu r-residenza abitwali tiegħu fil-ġurisdizzjoni tagħha.
L-indirizz li jingħata għandu jkun l-indirizz postali speċjali għall-konsumaturi fuq skala kbira (il-Großkundenadresse, li jikkonsisti minn kodiċi postali u lokalità), jekk ikun disponibbli, u jekk ma jkunx — jew inkella flimkien miegħu — l-indirizz tal-kaxxa postali(Postfachadresse). Għall-posta ta’ ittri għandu jintuża l-indirizz postali speċjali għall-konsumaturi fuq skala kbira u fin-nuqqas tiegħu għandu jintuża l-indirizz tal-kaxxa postali. Għal oġġetti u pakketti b’servizz ta’ kunsinna express (inklużi pakketti żgħar) għandu jintuża biss l-indirizz komplut bl-isem tat-triq.
Ir-rikorsi li jaslu għall-assistenza fir-rigward tal-ispejjeż tal-qorti huma trattati mill-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża jew li tkun qed teżegwixxi d-deċiżjonijiet.
L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet
Huma disponibbli l-mezzi ta’ komunikazzjoni li ġejjin:
Jiġu riċevuti u mibgħuta: posta, inklużi servizzi ta’ kurjer privat, faks.
Għall-komunikazzjoni informali: It-telefon u l-posta elettronika (fejn indikat).
L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni
Il-Ġermaniż
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.