Għajnuna legali

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

Regola nazzjonali: L-Att dwar l-Għajnuna Legali

L-Att Nru 327/2005 PDF (328 Kb) sk dwar l-għoti ta' għajnuna legali, li permezz tiegħu r-Repubblika Slovakka ttrasponiet id-Direttiva dwar l-Għajnuna Legali, ilu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2006.


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovakkja

Assistenza Legali


*input mandatarju

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati jew jintbagħtu lill-uffiċċju taċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali li jaħdmu fil-post fejn jirrisjedu normalment jew temporanjament l-applikant.

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

It-territorju ġeografiku fejn ikollu l-ġuriżdizzjoni ċ-Ċentru ta' Għajnuna Legali: ir-Repubblika Slovakka.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Mezzi ta’ komunikazzjoni:

  • preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet personalment f'wieħed mill-uffiċċji taċ-Ċentru
  • trażmissjoni ta' applikazzjonijiet permezz ta' operatur postali lil wieħed mill-indirizzi ta' uffiċċju taċ-Ċentru

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet: is-Slovakk.

L-aħħar aġġornament: 01/08/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.