Informazzjoni ġenerali
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea inkluża d-Danimarka li kkonkludiet ftehim parallel dwar ir-Regolament 44/2001 mal-Komunità Ewropea (il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali). Dan il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2007.
Sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-bżonn ta’ ebda proċedura speċjali.
Sentenza mogħtija fi Stat Membru u eżegwita f'dak l-Istat għandha tiġi eżegwita fi Stat Membru ieħor meta, fuq talba ta' parti interessata, tkun ġiet dikjarata eżekutorja hemmhekk. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti kif innotifikata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 39 tar-Regolament. Appell kontra deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà jrid jiġi ppreżentat l-qorti kif innotifikat mill-Istat Membru skont l-Art 43(2) u 44 tar-Regolament.
Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 ġie sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni)) mill-10 ta' Jannar 2015. Dan ir-Regolament ġdid japplika biss għal proċedimenti ġudizzjarji istitwiti, għal strumenti awtentiċi mfassla jew irreġistrati formalment u għal soluzzjonijiet bil-qorti approvati jew konklużi fl-10 ta’ Jannar 2015 jew wara. Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 jibqa’ japplika għal sentenzi mogħtija fi proċedimenti ġudizzjarji istitwiti, għal strumenti awtentiċi mfassla jew irreġistrati formalment u għal soluzzjonijiet bil-qorti approvati jew konklużi qabel l-10 ta’ Jannar 2015 li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.
Ir-Regolament Nru 1215/2012 japplika fid-Danimarka skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. L-emendi leġiżlattivi neċessarji fid-Danimarka daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2013.
Ir-Regolament jipprevedi żewġ formoli.
In-notifiki mill-Istati Membri skont l-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 1215/2012 jistgħu aċċessati hawnhekk.
Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Links relatati
Is-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.