

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Għalkemm il-liġi Slovakka ma fihiex regoli speċifiċi li jippermettu l-kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti fl-Istat Membru parteċipanti, ma hemm l-ebda dispożizzjoni li tipprevjeni dan. Skont ir-regoli proċedurali, il-qrati jikkumpilaw ix-xhieda waqt seduta, kif ukoll, meta jkun prattiku, barra mis-seduti (l-Artikolu 188 tal-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili (Civilný sporový poriadok)). Bil-kunsens tal-partijiet, il-qorti tista’ tagħmel seduta b’vidjokonferenza jew b’teknoloġija tal-komunikazzjoni oħra. (L- Artikolu 175 tal-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili). Fil-prinċipju, il-partijiet għandhom id-dritt li jkunu preżenti waqt li jinġabru l-provi.
Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għall-ġbir tal-provi b'vidjokonferenza (apparti dawk deskritti fuq). Għalhekk, japplikaw biss ir-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni tax-Xhieda (Nariadenie o výkone dôkazu), il-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili u r-Regoli Amministrattivi u Segretarjali għall-Qrati (Spravovací a kancelársky poriadok pre súdy) (fl-2015, id-Digriet tal-Ministeru tal-Ġustizzja Slovakk Nru 543 tal-11 ta’ Novembru 2005 dwar ir-Regoli Amministrattivi u Segretarjali għall-qrati distrettwali (okresné súdy), il-qrati reġjonali (krajské súdy), il-qorti speċjali (Špeciálny súd) u l-qrati militari (vojenské súdy)).
Il-kwistjonijiet l-oħra kollha jridu jiġu solvuti bi ftehim bejn il-qrati kkonċernati u bl-għajnuna tal-EJN.
Ma hemm l-ebda restrizzjoni fil-liġi Slovakka fuq it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata permezz ta' vidjokonferenza. Skont l-Artikolu 187 tal-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili, kull ħaġa li tista’ tikkontribwixxi biex tiġi ċċarata l-kawża u li tkun inkisbet b’mod legali tista’ sservi bħala prova. B'mod partikolari jistgħu jkunu eżaminati partijiet, xhieda u periti.
Skont l-Artikolu 203 tal-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili, waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda jrid jiġi osservat l-obbligu li informazzjoni klassifikata tibqa’ kunfidenzjali.
Skont l-Artikolu 38 tal-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili, jekk parti tkun minuri, il-qorti għandha tqis l-opinjoni tagħha. L-opinjoni tal-minuri tiġi stabbilita mill-qorti permezz tar-rappreżentat tal-minuri jew tal-awtorità responsabbli għall-protezzjoni soċjali tat-tfal u l-kustodja soċjali, jew billi tinterroga lill-minuri anke mingħajr ma jkunu preżenti l-ġenituri tiegħu. Restrizzjonijiet speċifiċi jiddependu kjarament mill-età tal-minuri u mill-metodu magħżul mill-qorti għall-eżami.
L-ebda, ħlief dawk ir-restrizzjonijiet marbuta man-natura proprja tal-provi (il-fatt li huwa impossibbli li ssir tiftixa f’binja permezz ta’ vidjokonferenza, eċċ.).
Il-kumpilazzjoni tax-xhieda normalment issir waqt seduta (l-Artikolu 188 tal-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili) u s-seduti normalment isiru f’awla tal-qorti (l-Artikolu 25 flimkien mal-Artikolu 35 tar-Regoli Amministrattivi u Segretarjali għall-Qrati). Għal raġunijiet tekniċi ikun diffiċli li ssir intervista banda oħra.
It-tagħmir għall-vidjokonferenzi jista' wkoll jirreġistra l-vidjokonferenzi. Madankollu, skont it-termini tal-Artikolu 175 tal-Kodiċi tal-Litigazzjoni Ċivili, seduta orali permezz ta’ vidjokonferenza tista’ ssir biss bil-kunsens tal-partijiet. Dik l-awdjoreġistrazzjoni tinzamm fuq data carrier, li jkun parti mill-atti tal-kawża.
Din il-mistoqsija mhix speċifika għall-ġbir ta' provi minn barra l-pajjiż jew b'vidjokonferenza. Skont ir-regoli ġenerali għas-seduti skont l-Artikoli 12 sa 14, is-seduti tal-qorti fis-Slovakkja dejjem isiru bil-lingwa uffiċjali u jekk ikun hemm bżonn jiġu pprovduti interpreti.
Jekk il-qorti tikkumpila x-xhieda direttament skont l-Artikoli 19 u 20, dan tagħmlu bil-lingwa tagħha stess.
Jekk is-seduta ssir permezz ta’ vidjokonferenza f'konformità mal-Artikoli 12 sa 14 u jkun hemm bżonn ta’ interpretazzjoni (eż. qorti tkun qed teżamina persuna Franċiża li tgħix fir-Repubblika Slovakka), il-qorti Slovakka tipprovdi interpretu iżda titlob rimborż mill-qorti rikjedenti f'konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament. Meta l-vidjokonferenzi jitwettqu skont l-Artikolu 19, l-awtorità ċentrali taqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet mal-qorti rikjedenti u tipproponi li l-qorti rikjedenti tipprovdi interpretu jekk ikun meħtieġ. L-interpreti bbażati fis-Slovakkja jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka.
Il-liġi Slovakka ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika li tirregola dawn il-kwistjonijiet. Japplikaw ir-regoli ġenerali dwar is-smigħ tas-seduti u t-taħrik tax-xhieda u l-partijiet. Il-Qorti normalment tikkumpila x-xhieda waqt seduta (l-Artikolu 188 tal-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili u t-taħrika trid tiġi nnotifikata biżżejjed żmien minn qabel biex tagħti l-perjodu statutorju għat-tħejjija ta’ seduta tal-qorti. L-Artikolu 46(3) tar-Regoli Amministrattivi u Segretarjali għall-Qrati jirregola r-rekwiżiti għat-taħrikiet. Taħrika għal smigħ trid tiġi nnotifikata “bħala regola mill-inqas 5 ijiem qabel id-data meta għandha tinżamm is-seduta” (l-Artikolu 178(2) tal-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili).
Il-qrati Slovakki ma jżommux flus għall-vidjokonferenzi.
Il-liġi Slovakka ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika li tirregola dawn il-kwistjonijiet. Bħala regola ġenerali, fil-bidu tas-seduta l-qorti trid tinforma lill-persuna bid-drittijiet u l-obbligi proċedurali tagħha, sakemm il-persuna ma tkunx irrappreżentata minn avukat jew il-parti fil-kawża ma tkunx l-Istat, awtorità tal-Istat jew persuna ġuridika rrappreżentata minn persuna mħarrġa fil-liġi (l-Artikolu 160 tal-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili).
Il-liġi Slovakka ma fihiex dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw dawn il-kwistjonijiet fir-rigward tal-vidjokonferenzi. Il-proċedura speċifika se tkun deċiża bi ftehim ad hoc bejn il-qrati kkonċernati. Evidentement japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali li jivverifikaw l-identità tal-persuna li tkun qed tiġi eżaminata (l-Artikolu 200 tal-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili). [Il-qorti] tivverifika d-data mill-karta tal-identità jew mill-passaport. Fil-bidu ta’ seduta, l-identità ta’ xhud tkun trid tiġi stabbilita flimkien ma’ kull ċirkostanza li tista’ taffettwa l-kredibilità tax-xhud (relazzjonijiet familjari eċċ.).
Il-liġi Slovakka fiha biss dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw dawn il-kwistjonijiet fi proċedimenti kriminali, mhux fi proċedimenti ċivili.
Madankollu, skont l-Artikolu 196(2) tal-Kodiċi dwar il-Litigazzjoni Ċivili, il-qrati jinfurmaw lix-xhieda fil-bidu ta’ kull seduta dwar is-sinifikat tad-dikjarazzjonijiet tax-xhieda u dwar id-drittijiet u l-obbligi tax-xhieda (li jgħidu s-sew u ma jaħbu xejn) u dwar il-konsegwenzi penali ta’ sperġur.
Jekk il-qorti rikjedenti titlob is-smigħ ta’ xhud, ta’ perit jew ta’ parti taħt ġurament skont il-liġi tagħha, dan ma jitqiesx li jmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public) Slovakk. It-test tal-ġurament jista’ jinstab fl-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura (l-Artikolu 58b tal-Att Nru 97/1963).
Il-qrati Slovakki kollha għandhom amministratur li jista’ jiġi avviċinat biex jippjana l-ittestjar tal-konnessjoni bil-vidjo, id-data tas-seduta, eċċ. L-amministratur huwa mħarreġ fit-tħaddim tal-faċilitajiet għall-vidjokonferenzi. F'każ ta' kwalunkwe problema, l-amministratur jista' jikkuntattja lit-teknixin tal-qorti u jista' jara li t-teknixin ikun preżenti dakinhar tas-seduta.
Tkun meħtieġa l-informazzjoni teknika neċessarja biex tiġi stabbilita konnessjoni mat-tagħmir tal-qorti rikjedenti u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar l-interpretu.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.