

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Jistgħu jinkisbu b’żewġ modi.
Regoli u regolamenti:
Il-każijiet fejn Spanja teħtieġ il-kooperazzjoni ta’ awtorità barranija
F'dawn il-każijiet, il-Liġi Nru 29/2015 hija sussidjarja skont il-prinċipju tas-supremazija tal-liġi tal-UE, li tagħti prijorità f’dan il-qasam lill-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea u lit-trattati u ftehimiet internazzjonali li Spanja hija parti tagħhom. Fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali fi kwistjonijiet ċivili, l-awtoritajiet Spanjoli jistgħu jikkooperaw ma’ awtoritajiet barranin. għalkemm ir-reċiproċità mhijiex meħtieġa, il-gvern jista’, b’digriet irjali, jistipula illi l-awtoritajiet ma jistgħux jikkooperaw mal-awtoritajiet ta’ stat barrani jekk ikun hemm rifjut ripetut tal-kooperazzjoni jew projbizzjoni legali dwar il-kooperazzjoni mill-awtoritajiet ta’ dak l-istat.
Jekk l-awtoritajiet Spanjoli jkunu jistgħu jistabbilixxu komunikazzjoni ġudizzjarja diretta:
Il-liġijiet fis-seħħ f’kull Stat dejjem jiġu rispettati. Il-komunikazzjonijiet ġudizzjarji diretti huma dawk li jsiru bejn il-qrati nazzjonali u l-qrati barranin mingħajr ebda intermedjarju. Dawn il-komunikazzjonijiet la jaffetwaw u lanqas ma huma ta’ preġudizzju għall-indipendenza tal-qrati involuti jew tad-drittijiet ta’ difiża tal-partijiet.
Il-qrati Spanjoli jirrifjutaw talbiet għall-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali fi kwistjonijiet ċivili jekk:
Ma hemmx restrizzjonijiet rigward l-involviment tal-partijiet għall-proċedimenti jew ta’ kull persuna oħra li qiegħda tixhed, kemm jekk tkun xhud jew espert. Il-valutazzjoni tal-idoneità tal-provi u tal-informazzjoni mogħtija lill-esperti hija fid-diskrezzjoni tal-qorti.
Ir-restrizzjonijiet, li huma dejjem eċċezzjoni u jridu jiġu stabbiliti b’deċiżjoni ġudizzjarja motivata li tieħu inkunsiderazzjoni l-proporzjonalità tar-restrizzjoni, jaffettwaw meta l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mitluba tkun “tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi fl-Istat Membru tagħha” (l-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) 2020/1783).
Irid iseħħ fil-qorti fejn qed isiru l-proċedimenti u l-kumpilazzjoni tax-xhieda f’seduta pubblika jew, f’każijiet eċċezzjonali, f’seduta bil-bibien magħluqa. Ma hemmx restrizzjonijiet dwar il-post fejn tkun qiegħda l-persuna li għandha tieħu sehem fil-proċedimenti permezz ta’ vidjokonferenzi “jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra dment li tali teknoloġija tkun disponibbli lill-qorti u l-qorti tqis l-użu ta’ tali teknoloġija bħala adatta fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ” (il-parti finali tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2020/1783). Ir-reġistratur (Letrado de la administración de justicia) tal-qorti li tkun qed tisma’ l-proċedimenti jrid jistabbilixxi, fil-qorti stess, l-identità tal-persuni li jieħdu sehem permezz ta’ vidjokonferenza, permezz tal-konsenja minn qabel jew preżentata diretta ta’ dokumenti jew minn informazzjoni personali.
Iva. Fil-fatt, dawn iridu jiġu rreġistrati, suġġett għall-kwalifika fil-mistoqsija preċedenti (parti finali tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2020/1783).
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 147 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, il-proċedimenti orali, is-seduti ta’ smigħ u d-dehriet il-qorti jridu jiġu rekordjati fuq mezz addattat għar-rekordjar u r-riproduzzjoni tal-vidjo u l-awdjo. Il-qrati kollha ta’ Spanja għandhom tagħmir awdjoviżiv biex jirrekordja l-proċessi u s-seduti. Ir-rekordings jiġu arkivjati f’format DVD mir-reġistratur tal-qorti. Tista’ tinħareġ kopja lill-partijiet, bi spejjeż tagħhom.
Fejn ikollha x’taqsam qorti Spanjola, jidher illi huwa essenzjali li l-proċedimenti u d-dokumenti relatati jkunu bl-Ispanjol, sakemm ma tkunx aċċettata wkoll waħda mil-lingwi uffiċċjali l-oħrajn ta’ ċerti reġjuni tal-pajjiż (il-Galizjan, il-Katalan, il-Valenzjan u l-Bask) f’każ illi l-persuni li jkunu qed isirulhom domandi permezz ta’ vidjokonferenza jkunu jafu u jridu jużaw dawk il-lingwi.
Fil-kawżi ċivili, jistgħu jitqabbdu interpreti kemm għal waqt il-proċedimenti kif ukoll wara sabiex issir nota tal-proċedimenti; Jekk ma jitqabbdux mill-parti li għandha bżonn l-interpretarjat, jiġu pprovduti mis-servizzi tal-qorti, li huma diċentralizzati fil-każ ta’ ċerti komunitajiet awtonomi. F’każijiet oħra, dawn is-servizzi jiġu provduti mill-Ministeru tal-Ġustizzja. L-ispejjeż assoċjati ma’ dawn is-servizzi jistgħu jitħallsu mill-parti li ġiet ordnata tħallashom, tenut kont tal-każijiet ta’ dritt għall-għajnuna legali.
Sabiex tkun garantita l-possibiltà li jsiru aktar mistoqsijiet u konfront tal-provi matul il-proċedimenti, l-interpretu jista’ jkun jinstab jew il-qorti jew mal-persuna li se titkellem waqt is-seduta ta’ smigħ permezz tal-vidjokonferenza.
F’kull każ, l-interpretu jrid jieħu l-ġurament jew iwiegħed illi jgħid il-verità u jaġixxi bl-aktar mod oġġettiv fil-qadi ta’ dmirijietu.
L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2020/1783 jipprevedi l-possibbiltà li l-qorti rikjesta titlob rimborż ta’ tariffi jew spejjeż, inklużi dawk tal-interpreti.
Il-proċedura interna għall-mistoqsijiet, fil-każ previst fl-Artikolu 10 tar-Regolament, hija stipulata fl-Artikoli 301 et seq. tal-LEC f’dak li jikkonċerna l-eżami tal-partijiet; fl-Artikoli 36 et seq. f’dak li jikkonċerna l-eżami tax-xhieda; u fl-Artikoli 335 et seq. f’dak li jikkonċerna l-ħruġ ta’ rapporti u s-sottomissjoni tagħhom għall-eżami u l-kontroeżami f’seduti pubbliċi mill-esperti.
Fil-prinċipju, il-vidjokonferenza ssir mingħajr ħlas, iżda jekk xi parti interessata tkun tixtieq tikseb kopja tar-rekording, hija trid tipprovdi l-mezz adattat jew tħallas l-ammont korrispondenti.
L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2020/1783 jipprevedi l-possibbiltà li l-qorti rikjesta titlob rimborż ta’ tariffi jew spejjeż, inklużi dawk tal-interpreti.
Dan isir taħt is-superviżjoni tal-qorti Spanjola.
Ara t-tweġiba għall-Mistoqsija 4 hawn fuq.
Il-konsulent tal-qorti li qed tisma’ l-proċedimenti jrid jistabbilixxi, fil-qorti stess, l-identità tal-persuni involuti bil-vidjokonferenza, permezz tal-konsenja minn qabel jew preżentata diretta ta’ dokumenti jew minn informazzjoni personali.
Trid issir distinzjoni bejn il-każijiet li ġejjin:
L-arranġamenti għat-tagħmir awdjoviżiv isiru bil-quddiem. L-uffiċċju tal-Prim Imħallef (Secretaría del Decanato) jew tar-reġistru tal-qorti jagħżel data, ħin u post fejn issir il-vidjokonferenza u jiżgura illi jkun hemm numru suffiċjenti ta’ persunal biex imexxiha. It-testijiet normalment isiru bil-quddiem biex jiġi żgurat li l-konnessjonijiet u t-tagħmir qiegħdin jaħdmu kif suppost.
Kwalunkwe informazzjoni li titqies xierqa sabiex il-kumpilazzjoni tax-xhieda ssir kemm jista’ jkun mingħajr problemi, bl-użu tal-formoli stabbiliti fl-Anness.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.