

Sib informazzjoni għal kull reġjun
It-taħrika (citação) hija l-att li bih persuna (konvenut, intimat, parti tintalab l-eżekuzzjoni kontriha) issir taf li nfetħet kawża kontriha. Tintuża biex tistieden lill-persuna kkonċernata tidher quddiem il-qorti għall-ewwel darba sabiex tiddefendi lilha nfisha. It-taħrika tintuża wkoll biex tistieden lil persuna b’interess fil-kawża, iżda li inizjalment ma tkunx intervjeniet, biex tidher għall-ewwel darba sabiex tintervjeni flimkien mal-attur jew mal-konvenut (l-Artikolu 219(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil)).
In-notifika (notificação) tintuża sabiex tistieden lil persuna biex tidher quddiem il-qorti jew biex tinformaha b’fatt (l-Artikolu 219(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Ir-regoli speċifiċi dwar it-taħrika u n-notifika huma stipulati fil-Ktieb II, it-Titolu I, il-Kapitolu II, it-Taqsima II tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Ir-raġuni għal dawn ir-regoli hija sabiex il-komunikazzjoni effettivament tasal għand id-destinatarju, u jekk tkun parti fil-proċedimenti, biex jiġi ggarantit id-dritt għad-difiża.
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 227 tal- Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tiġi nnotifikata.
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 220 tal- Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tiġi nnotifikata.
Fi proċedimenti pendenti, it-taħrika u n-notifika ġeneralment jistgħu jsiru minn uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali tal-eżekuzzjoni jew mir-rappreżentant legali ta’ waħda mill-partijiet, skont il-forma ta’ notifika/taħrika msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija 5.
Iva. Skont id-dritt Portugiż huwa l-obbligu tal-uffiċjali ġudizzjarji li jwettqu, ex officio, il-passi kollha meħtieġa biex jinnotifikaw lil persuna (l-Artikolu 226(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Jekk ma jistgħux jagħtu n-notifika, l-uffiċjali ġudizzjarji jikkonsultaw l-informazzjoni li hija disponibbli elettronikament f’dipartimenti oħrajn tal-gvern sabiex jaraw kienx hemm bidla fir-residenza u jistabbilixxu l-indirizz attwali tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata (l-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Għall-finijiet tal-Artikolu 7(2)(c), is-sitwazzjoni għall-aġenziji riċeventi differenti hija kif ġej:
It-taqsima ġenerali (juízo de competência genérica) jew it-taqsima ċivili lokali (juízo local cível), jekk teżisti, tal-qorti distrettwali li jkollha ġuriżdizzjoni: sabiex jiġu nnotifikati d-dokumenti meta l-indirizz indikat fit-talba għal notifika jkun żbaljat, l-aġenzija riċeventi għandha tapplika l-liġi domestika għal kawżi simili f’tilwim domestiku, jiġifieri d-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 226 u 236 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż;
L-aġenti tal-eżekuzzjoni (l-Assoċjazzjoni tas-Solicitors u tal-Aġenti tal-Eżekuzzjoni (Ordem dos Solicitadores e dos Agentes de Execução – OSAE)): it-talbiet isiru lir-reġistri tad-domiċilju jew lil bażijiet tad-data oħrajn, jekk tali reġistri jew bażijiet tad-data jkunu jeżistu, sabiex jinstab l-indirizz il-ġdid tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata.
Le. Din il-possibbiltà teżisti biss għall-awtoritajiet u l-entitajiet nazzjonali.
Għall-finijiet tal-Artikolu 7(1)(a), l-awtorità maħtura li lilha l-aġenziji mittenti jistgħu jindirizzaw talbiet biex jiġi stabbilit l-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata hija:
Id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direção-Geral da Administração da Justiça)
Av. D. João II, Nru 1.08.01 D/E, Pisos 0, 9-14
PT - 1990-097 LISBONA
Tel.: (+351) 217 906 500 – (+351) 217 906 200/1
Faks: (+351) 211 545 116 – (+351) 211 545 100
Indirizz tal-posta elettronika: correio@dgaj.mj.pt
Sit web: https://dgaj.justica.gov.pt/
F’termini prattiċi, il-proċedura biex dokument jiġi nnotifikat lil persuna hija stabbilita fl-Artikolu 225 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
F’termini prattiċi, il-proċedura biex dokument jiġi nnotifikat lil persuna permezz tal-pubblikazzjoni hija stabbilita fl-Artikolu 240 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
Fil-prattika, in-notifika ssir bil-modi li ġejjin:
Minbarra n-notifika ta’ dokumenti f’perjodu stabbilit imsemmi fil-punt 7 hawn taħt, id-dritt nazzjonali Portugiż ma jipprevedix l-użu ta’ xi metodi alternattivi oħrajn.
Iva. Pereżempju, dawn li ġejjin preferibbilment isiru bit-trażmissjoni elettronika tad-data mis-sistema kompjuterizzata tal-qrati:
Meta d-daqs tad-dokument proċedurali li għandu jiġu sottomess ikun inkompatibbli ma’ trażmissjoni elettronika (l-Artikolu 10(1) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali li tirregola l-ipproċessar elettroniku tal-proċedimenti tal-qorti) jew id-dokumenti li għandhom jintbagħtu jeżistu biss fuq mezzi fiżiċi (l-Artikolu 144(11) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), jew il-kawża ma tirrikjedix li jinħatar rappreżentant legali u l-parti ma taħtarx wieħed (l-Artikolu 144(7) tal-tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), jew f’każijiet ta’ impediment ġustifikat (l-Artikolu 144(8) tal-Kodiċi tal- Proċedura Ċivili):
Dawn ir-regoli japplikaw fi proċedimenti ġudizzjarji ta’ natura ċivili jew kummerċjali quddiem il-qrati tal-prim’istanza. Huma japplikaw ukoll f’ċerti każijiet għal proċedimenti quddiem in-nutara (pereżempju wirt) jew ir-reġistraturi ċivili (pereżempju kwistjonijiet tal-familja fejn ikun hemm ftehim).
Il-Portugall għadu ma jipprevedix li d-dokumenti jiġu nnotifikati b’mod elettroniku lil indirizz magħruf fi Stat Membru ieħor.
Id-dritt nazzjonali Portugiż ma jipprevedix li d-dokumenti jiġu nnotifikati b’mod elettroniku, ħlief fil-każijiet ta’ impediment imsemmija fil-mistoqsija 6.
Iva. Barra minn hekk, id-dritt Portugiż jipprevedi wkoll għan-notifika ta’ dokumenti f’terminu speċifiku kif stipulat fl-Artikolu 232 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
In-notifika bil-posta titqies li saret fil-ġurnata meta jidher li ġiet iffirmata l-konferma tar-riċevuta (l-Artikolu 230 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
In-notifika lil persuna minn uffiċjali tal-eżekuzzjoni, uffiċjali ġudizzjarji u rappreżentanti legali titqies li seħħet fid-data meta tinkiteb ir-referta (l-Artikolu 231(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
In-notifika l-impustar ta’ avviż ta’ notifika titqies li seħħet fid-data indikata fl-avviż (l-Artikolu 232(4) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).
F’każ ta’ notifika b’ittra reġistrata, b’konferma tar-riċevuta jew mingħajrha, jitħalla avviż tal-konsenja fil-kaxxa postali jekk il-pustier ma jkun jista’ jsib lil ħadd fl-indirizz indikat. L-avviż tal-konsenja jinforma lid-destinatarju illi l-ittra tħalliet fl-uffiċċju tal-posta, flimkien mal-indirizz, il-ħinijiet tal-ftuħ u t-terminu għall-ġbir tagħha (l-Artikolu 228 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Meta n-notifika ssir bil-posta u jkun hemm prova ta’ rifjut tal-ittra jew biex tiġi ffirmata l-konferma tar-riċevuta, in-notifika titqies li saret kif ġej u f’dawn iċ-ċirkostanzi:
Meta n-notifika ssir personalment minn uffiċjal tal-eżekuzzjoni jew uffiċjal ġudizzjarju, u jkun hemm provi tar-rifjut mill-persuna li għandha tiġi notifikata li tiffirma ċ-ċertifikat tan-notifika jew li tirċievi kopja tiegħu, in-notifika titqies li saret, f’liema każ:
In-notifika titqies li ma saritx biss jekk ir-rifjut ikun leġittimu. Ir-rifjut huwa leġittimu meta l-persuna li għandha tiġi notifikata ma tistax tinstab għaliex ma tirrisjedix jew mhix stabbilita fl-indirizz indikat, jew jekk persuna terza tgħid illi mhix f’pożizzjoni li twassal l-ittra.
Meta notifika li ssir bil-posta, b’konferma tar-riċevuta, toriġina minn barra, is-servizzi tal-posta Portugiżi jistgħu jwasslu l-ittra u d-dokumenti lil persuna li għandha tiġi notifikata jew lil persuna terza fl-istess indirizz li tiddikjara li hija f’pożizzjoni li twassal l-ittra lid-destinatarju.
Ara t-tweġiba għad-domanda 7.3.
Id-destinatarju għandu tmint ijiem biex jiġbor id-dokumenti mill-uffiċċju tal-posta. Id-destinatarju jiġi infurmat b’dan il-perjodu u bil-fatt illi jista’ jiġbor id-dokumenti mill-uffiċċju tal-posta permezz ta’ avviż tal-konsenja illi s-servizz tal-posta jħalli fil-kaxxa postali meta l-pustier ma jsib lil ħadd id-dar.
(L-Artikolu 228 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)
Iva, f’każ ta’ notifika, il-konferma tar-riċevuta, iċ-ċertifikat tan-notifika jew l-avviż tan-notifika huma provi bil-miktub illi saret in-notifika.
F’każ ta’ notifika, ir-reġistrazzjoni tal-konferma, ir-reġistrazzjoni tal-ittra jew tal-fajl jew ir-referta fformulata fil-proċedimenti huma kollha provi bil-miktub illi saret in-notifika.
F’każ ta’ notifika jew avviż bit-trażmissjoni elettronika tad-data, is-sistema kompjuterizzata tal-qrati tiċċertifika d-data u l-ħin tal-ħruġ (l-Artikolu 13(a) tal-Ordinanza ta’ Implimentazzjoni Ministerjali li tirregola l-ipproċessar elettroniku tal-proċedimenti tal-qorti).
In-nuqqas ta’ notifika huwa difett maġġuri li jwassal għall-invalidità tal-proċedura kollha mir-rikors promotur, iżda bl-esklużjoni tiegħu (l-Artikolu 187 tal-tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
In-nuqqas ta’ notifika huwa mifhum lil jseħħ fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 188(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili
Din l-invalidità titqies li ġiet rettifikata biss jekk il-konvenut jew l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (meta jkun parti) jaġixxi fil-proċedimenti mingħajr ma jopponi minnufih għan-nuqqas tan-notifika (l-Artikolu 189 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
In-notifika hija wkoll invalida meta ma jkunx hemm konformità mal-formalitajiet previsti mil-liġi (l-Artikolu 191 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Ir-regoli ġenerali dwar l-invalidità tal-atti huma stipulati fl-Artikolu 195 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili
Iva, id-destinatarju jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tal-qorti billi jressaq appell quddiem il-Qorti tal-Appell kompetenti (Tribunal da Relação).
Iva, f’ċerti każijiet. Il-kost tat-taħrika u tan-notifika jiġu stmati f’UA (Unità tal-Kont).
Il-valur tal-UA fl-2022 kien ta’ EUR 102.
Għaldaqstant:
Ma tagħmel l-ebda differenza jekk id-dokument li għandu jiġi nnotifikat ikun minn Stat Membru ieħor.
Leġiżlazzjoni rilevanti:
Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili
L-ipproċessar elettroniku tal-proċedimenti tal-qorti
Ir-Regolament dwar il-Kostijiet Proċedurali
L-Ordni Ministerjali ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2013 tad-29 ta’ Awwissu 2013
Ir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020
Nota finali
L-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva hija ta’ natura ġenerali u mhijiex eżawrjenti. Mhijiex vinkolanti fuq il-punt ta’ kuntatt, in-Network Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, il-qrati jew kwalunkwe persuna oħra. Mhijiex maħsuba biex tissostitwixxi il-konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.