- 1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?
- 2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?
- 3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?
- 4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?
1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?
L-imgħax statutorju huwa r-rata tal-imgħax li l-liġi tippreskrivi li tista’ tiġi applikata għal talba pendenti għal somma flus. Il-liġi ta’ Ġibiltà tipprovdi li mgħax statutorju jiġi applikat f’każijiet xierqa.
2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?
L-ammont/ir-rata tal-imgħax statutorju |
Il-kriterji għall-applikazzjoni tal-imgħax statutorju (jekk ikun meħtieġ, pereżempju dewmien, kuntratt mal-konsumatur, eċċ.) |
Il-bażi legali |
8 % |
Meta ma tapplika l-ebda rata tal-imgħax statutorju jew rata tal-imgħax kuntrattwali oħra, kreditur jista’ jitlob imgħax bir-rata preskritta għal djun bħal dawn minn żmien għal żmien fil-Qorti Superjuri (High Court) fl-Ingilterra – fil-preżent din hija rata annwali ta’ 8 %. |
L-Artikolu 36 tal-Att tal-1960 dwar il-Qorti Suprema (Supreme Court Act 1960) L-Ordni tal-2000 dwar id-Djun tas-Sentenzi (Rati tal-Imgħax) (Judgment Debts (Rates of Interest) Order 2000) |
8 % ogħla mir-rata bażi stabbilita mill-Gibraltar Savings Bank għal tfaddil fil-ġurnata meta d-dejn ikun sar dovut. |
In-negozji u l-korpi tas-settur pubbliku għandhom dritt statutorju li jitolbu mgħax fuq ħlas tardiv ta’ dejn kummerċjali. |
L-Att tal-2003 dwar il-Ħlasijiet Tardivi ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 2003) |
3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?
Għal ċerti djun, l-imgħax jista’ jintalab mid-data meta s-somma tkun saret dovuta sad-data meta tinħareġ it-talba kif ukoll bl-istess rata sad-data tas-sentenza. L-imgħax jista’ jintalab ukoll mid-data tas-sentenza bir-rata preskritta għal djun bħal dawn minn żmien għal żmien fil-Qorti Superjuri (High Court) fl-Ingilterra – fil-preżent din hija rata annwali ta’ 8 %. Japplika biss l-imgħax sempliċi.
4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?
Il-leġiżlazzjoni rilevanti tinsab fil-ħoloq li ġejjin:
L-Att tal-1960 dwar il-Qorti Suprema (Supreme Court Act 1960)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.