

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-leġiżlazzjoni tipprevedi l-applikazzjoni ta’ rata tal-imgħax f’ċirkustanzi varji pereż. pagamenti tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali, titoli eżekuttivi jew taxxi mhux imħallsa jew dovuti.
Ir-rati tal-imgħax statutorji stabbiliti fit-tabella hawn taħt huma ta’ rilevanza għal talbiet f’materji ċivili u kummerċjali:
L-ammont / ir-rata tal-imgħax statutorju |
Kriterji għall-applikazzjoni ta’ mgħax statutorju (jekk ikun meħtieġ, pereżempju dewmien, kuntratti mal-konsumatur, eċċ.) |
Bażi ġuridika |
8 % |
L-imgħax applikabbli għal titolu eżekuttiv mid-data tad-dħul tas-sentenza |
l-Art. 26 tad-Debtors (Ireland) Act 1840 u l-Art. 20 tal-Courts Act 1981 u S.I. 12/1989 — Courts Act 1981 (Interest on Judgments Debts) Order, 1989 |
8 % |
Meta qorti tordna l-ħlas minn kwalunkwe persuna ta’ somma ta’ flus, il-qorti tista’, f’ċerti ċirkostanzi, tordna l-ħlas tal-imgħax fuq it-totalità jew parti ta’ somma ta’ flus dovuta għal perjodu kollu jew kwalunkwe parti tal-perjodu bejn il-causa petendi u d-data ta’ sentenza |
l-Art. 22(1) tal-Courts Act 1981 u l-Art. 50 tal-Courts and Courts Officers Act 1995 u S.I. 12/1989 — Courts Act 1981 (Interest on Judgments Debts) Order, 1989 |
8 % |
L-imgħax huwa applikabbli għal spejjeż konċessi mill-qorti mid-data li fiha l-ammont ta’ dawn l-ispejjeż ikun żgurat (kemm jekk bi ftehim bejn il-partijiet jew b’kejl ta’ dawk l-ispejjeż minn uffiċjal tal-qorti). |
L-Art. 30 tal-Courts and Courts Officers Act 2002 kif emendat mill-Art. 41 tas-Civil Liability and Courts Act 2004 u S.I 544/2004 (ordni ta’ bidu) |
Ir-rata ta’ rifinanzjament prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew (fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena), b’żieda ta’ tmien (8) punti perċentwali |
Id-dritt ta’ kreditur li jitlob il-ħlas ta’ mgħax statutorju jekk il-ħlas isir tard fir-rigward ta’ kuntratti kummerċjali magħmula wara s-16 ta’ Marzu 2013 |
Statutory Instrument (S.I.) Nru 580/2012 – European Communities (Late Payments in Commercial Transactions) Regulations 2012 |
Ir-rata ta’ rifinanzjament prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew (fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena), b’żieda ta’ seba’ (7) punti perċentwali |
L-intitolament minn kreditur li jitlob imgħax fuq ħlas tardiv meta l-ħlas isir tard fir-rigward ta’ kuntratti kummerċjali li saru bejn is-7 ta’ Awwissu 2002 u l-15 ta’ Marzu 2013 u meta l-imgħax fuq il-ħlas tardiv mitlub ikun ogħla minn EUR 5 |
S.I. Nru 388/2002 – European Communities (Late Payment in Commercial Transactions) Regulations 2002 |
Mhux applikabbli Ara t-tabella hawn fuq.
Il-leġiżlazzjoni hija disponibbli online f’dan l-indirizz: http://www.irishstatutebook.ie/eli/1996/act/33/enacted/en/html?q=Divorce
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.