Rati tal-imgħax

Italja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-liġi Taljana dwar l-obbligi tagħmel distinzjoni bejn l-interessi ordinarji, l-interessi għall-inadempjenza u l-interessi kumpensatorji. L-interessi ordinarji għandhom funzjoni remunerattiva, bi skambju għall-benefiċċji li jirriżultaw għall-individwu (meħtieġa għall-ħlas tal-interessi) mill-flus li jsiru disponibbli minn oħrajn. L-interessi għall-inadempjenza huma kompensatorji fin-natura tagħhom u huma mġarrba għall-ħlas tard, kif stabbilit billi jiġi nnotifikat avviż uffiċjali għall-ħlas lid-debitur. L-imgħax kumpensatorju jrid jitħallas meta l-kreditur ikun tard biex jikseb il-ħlas tal-ammonti dovuti mid-debitur, fid-dawl tal-vantaġġ mogħti lid-debitur li ma jħallasx minnufih. It-tali interessi jikkostitwixxu provvediment ġust u dawn jakkumulaw anki jekk il-pretensjoni ma tkunx ta’ ammont fiss u ma tkunx dovuta. L-interessi statutorji, madankollu, huma previsti mil-liġi għall-obbligi pekunjarji; mid-data tal-jum li fih is-somma tkun dovuta, id-debitur huwa obbligat iħallas l-interessi statutorji lill-kreditur anki jekk l-ebda interessi ma kienu dovuti qabel u anki jekk il-kreditur ma jkunx stabbilixxa li huwa jkun sofra xi danni (l-Artikolu 1224(I) tal-Kodiċi Ċivili (Codice Civile)). B’mod speċifiku, skont l-Artikolu 1224 tal-Kodiċi Ċivili (id-danni f’każ ta’obbligi pekunjarji) “għal obbligi li jikkonċernaw somma ta’ flus, l-interessi statutorji jkunu dovuti mid-data tal-jum ta’ wara li jkun dovut il-ħlas, anki jekk l-ebda interessi ma kienu dovuti qabel u anki jekk il-kreditur ma jkunx stabbilixxa li huwa sofra xi danni. Fejn l-interessi kienu dovuti qabel id-data ta’ ħlas tard li kien ogħla mill-interess statutorji, l-interessi għall-inadempjenza tal-istess ammont huma dovuti”. Kull kreditur li jistabbilixxi li jkun sofra danni akbar jirċievi aktar kumpens (dannu kkawżat minn żvalutazzjoni monetarja). Dan ma jitħallasx jekk ikun ġie miftiehem ammont ta’ interessi għall-inadempjenza.

L-Artikolu 1282 tal-Kodiċi Ċivili jistipula li l-interessi għandhom jitħallsu awtomatikament fuq pretensjonijiet fuq ammonti magħrufa ta’ flejjes dovuti, sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi jew mill-pretensjoni kkonċernata.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont ta’ interessi statutorji jiġi deċiż mit-Teżor Taljan (illum il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji) fuq bażi annwali permezz ta’ digriet maħruġ sal-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena. Jekk il-partijiet ikunu qablu dwar ir-rata tal-interessi, ir-rata tkun dik deċiża minnhom. Madankollu, irid ikun hemm qbil bil-miktub dwar ir-rata u ma tridx tkun ogħla mir-rata massima permessa skont il-liġi ta’ kontra l-użura (Il-Liġi Nru 108 tas-7 ta’ Marzu 1996), inkella l-interessi jitqiesu bħala interessi ta’ użura u għalhekk nulli. F’dawn il-każijiet, ebda interessi ma huwa dovuti (l-Artikolu 1815 tal-Kodiċi Ċivili). Jekk il-partijiet ikunu ftehmu biex japplikaw rata tal-interessi kuntrattwali iżda ma jkunux stabbilixxew il-livell ta’ dawn l-interessi, tiġi applikata r-rata statutorja. Fis-sistema legali Taljana, is-sitwazzjoni dwar l-interessi għall-inadempjenza tvarja parzjalment minn dik tal-interessi statutorji. L-interessi għall-inadempjenza huma intiżi bħala penali (għad-debitur) u kumpens (għall-kreditur). Huma marbut mal-inadempjenza ta’ obbligu finanzjarju minħabba l-ħlas tard jew in-nuqqas ta’ ħlas għas-servizz ikkonċernat fil-perjodu msemmi mil-liġi jew abbażi tal-ftehimiet milħuqa mill-partijiet. Sabiex il-kreditur ikun jista’ jitlob l-interessi għall-inadempjenza id-debitur irid ma jkunx ħallas l-arretrati. “L-arretrati” jirreferu għal dewmien mid-debitur fl-adempjenza tal-obbligi tiegħu. Sabiex jiġu applikati l-arretrati, id-data debita trid tkun għaddiet u d-debitur irid ikun ingħata avviż għall-ħlas: dokument formali li bih il-kreditur jistaqsi lid-debitur sabiex jagħmel il-ħlas debitu. Skont il-Kodiċi Ċivili, l-imgħax għall-inadempjenza huwa debitu bir-rata statutorja jew bir-rata stabbilità mil-liġi. Madankollu, jekk l-interessi ogħla mir-rata statutorja jkunu dovut qabel id-debitur ma jkun ingħata avviż biex iħallas, f’dan il-każ l-interessi għall-inadempjenza jkunu tal-istess ammont (l-Artikolu 1224 tal-Kodiċi Ċivili).

Skont l-Artikolu 1284 tal-Kodiċi Ċivili, ir-rata tal-interessi statutorja tiġi stabbilita fuq bażi annwali mill-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Permezz ta’ digriet ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana (Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana), il-Ministru jbiddel ir-rata abbażi tal-interessi medji annwali tal-ishma tal-gvern b’perjodu massimu ta’ maturità ta’ 12-il xahar, billi jieħu kont tar-rata ta’ inflazzjoni rreġistrata matul is-sena. Dan l-ammont jiġi stabbilit mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru tas-sena li tiġi qabel dik li fiha tapplika r-rata. Jekk, sal-15 ta’ Diċembru, ir-rata l-ġdida ma tkunx għada ġiet stabbilita, dik eżistenti tibqa’ ma tinbidilx għas-sena segwenti.

Sa mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-rata tal-interessi statutorja kienet ta’ 0,01 %.

TABELLA TA’ RATI TA’ INTERESSI STATUTORJI

Minn

Sa

Rata

Liġi

01/01/1999

31/12/2000

2,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Teżor) tal-10/12/1998

01/01/2001

31/12/2001

3,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Teżor) tal-11/12/2000

01/01/2002

31/12/2003

3,00 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-11/12/2001

01/01/2004

31/12/2007

2,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-01/12/2003

01/01/2008

31/12/2009

3,00 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-12/12/2007

01/01/2010

31/12/2010

1,00 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-04/12/2009

01/01/2011

31/12/2011

1,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-07/12/2010

01/01/2012

31/12/2013

2,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-12/12/2011

01/01/2014

31/12/2014

1,00 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tat-12/12/2013

01/01/2015

31/12/2015

0,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-11/12/2014

01/01/2016

31/12/2016

0,20 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-11/12/2015

01/01/2017

31/12/2017

0,10 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tas-07/12/2016

01/01/2018

31/12/2018

0,30 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tat-13/12/2017

01/01/2019

31/12/2019

0,80 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tat-12/12/2018

01/01/2020

31/12/2020

0,05 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tat-12/12/2019

01/01/2021

31/12/2021

0,01 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tas-11/12/2020

L-interessi kollha li jiġu applikati b’rata ogħla jridu jkunu stipulati bil-miktub; inkella ir-rata prevista legalment hija applikabbli.

Għal dewmien fit-tranżazzjonijiet kummerċjali, tapplika regola ad hoc tal-UE, stabbilita fil-liġi nazzjonali fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 231 tad-9 ta’ Ottubru 2002, kif emendat bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 192 tad-9 ta’ Novembru 2012, għat-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva 2011/7/UE, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tal-Liġi Nru 180 tal-11 ta’ Novembru 2011. Jekk il-partijiet ma jkunux iddeċidew dwar xi rata, minn meta jkun ippreżentat id-dokument li permezz tiegħu jinfetħu l-proċedimenti, ir-rata tal-interessi statutorja tkun ugwali għar-rata msemmija mil-liġi speċjali dwar ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali (Ara aktar ’l isfel). Din ir-regola tapplika għall-att li permezz tiegħu jinfetħu l-proċedimenti ta’ arbitraġġ.

Il-leġiżlazzjoni speċjali dwar il-ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali. Għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/35/KE dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali, l-Italja ħarġet Digriet Leġiżlattiv Nru 231/2002 kif emendat. Dan isemmi espressament, bħala interessi għal ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali, rata ogħla tal-interessi mir-rata statutorja. Skont id-Digriet Leġiżlattiv Nru 231/2002, it-tranżazzjonijiet kummerċjali jfissru “kuntratti ta’ kull deskrizzjoni bejn l-impriżi jew bejn l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi li jinvolvu, waħedhom jew b’mod predominanti, l-konsenja ta’ prodotti jew il-prestazzjoni ta’ servizzi bil-korrispettiv tal-ħlas ta’ tariffa”. Id-Digriet jipprevedi li, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali, “kull min ikun suġġett b’mod inġust għal dewmien fil-ħlas tat-tariffa huwa intitolat għal ħlas awtomatiku tal-imgħax fuq arretrati li jidħol fis-seħħ, mingħajr bżonn ta’ avviż formali għall-ħlas, mill-jum li jiġi wara l-iskadenza tat-terminu għall-ħlas”, sakemm id-debitur ma jkunx jista’ jipprova li n-nuqqas ta’ ħlas kien ir-riżultat ta’ kawżi li mhumiex imputabbli lilu. Skont din il-liġi, l-interessi fuq ħlasijiet tardivi fi tranżazzjonijiet kummerċjali huma bbażati fuq ir-rata stabbilità kull sena mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fit-tabella hawn isfel, li tispeċifika: (a) għall-ewwel sitt xhur tas-sena li kien hemm id-dewmien, ir-rata użata hija dik fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena; (b) għat-tieni sitt xhur tas-sena li kien hemm id-dewmien, ir-rata użata hija dik fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

Tabella li turi t-tibdiliet fir-rata tal-interessi għall-ħlasijiet tardivi matul iż-żmien, sa mill-2002:

TABELLA ta’ RATI TAL-IMGĦAX GĦAL ĦLASIJIET TARDIVI skont id-Digriet Leġiżlattiv 231/2002

Minn

Sa

BĊE
Rata

Rata ta’
Żieda

Total

01/07/2002

31/12/2002

3,35 %

7,00 %

10,35 %

01/01/2003

30/06/2003

2,85 %

7,00 %

9,85 %

01/07/2003

31/12/2003

2,10 %

7,00 %

9,10 %

01/01/2004

30/06/2004

2,02 %

7,00 %

9,02 %

01/07/2004

31/12/2004

2,01 %

7,00 %

9,01 %

01/01/2005

30/06/2005

2,09 %

7,00 %

9,09 %

01/07/2005

31/12/2005

2,05 %

7,00 %

9,05 %

01/01/2006

30/06/2006

2,25 %

7,00 %

9,25 %

01/07/2006

31/12/2006

2,83 %

7,00 %

9,83 %

01/01/2007

30/06/2007

3,58 %

7,00 %

10,58 %

01/07/2007

31/12/2007

4,07 %

7,00 %

11,07 %

01/01/2008

30/06/2008

4,20 %

7,00 %

11,20 %

01/07/2008

31/12/2008

4,10 %

7,00 %

11,10 %

01/01/2009

30/06/2009

2,50 %

7,00 %

9,50 %

01/07/2009

31/12/2009

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/01/2010

30/06/2010

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/07/2010

31/12/2010

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/01/2011

30/06/2011

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/07/2011

31/12/2011

1,25 %

7,00 %

8,25 %

01/01/2012

30/06/2012

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/07/2012

31/12/2012

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/01/2013

30/06/2013

0,75 %

8,00 %

8,75 %

01/07/2013

31/12/2013

0,50 %

8,00 %

8,50 %

01/01/2014

30/06/2014

0,25 %

8,00 %

8,25 %

01/07/2014

31/12/2014

0,15 %

8,00 %

8,15 %

01/01/2015

30/06/2015

0,05 %

8,00 %

8,05 %

01/07/2015

31/12/2015

0,05 %

8,00 %

8,05 %

01/01/2016

30/06/2016

0,05 %

8,00 %

8,05 %

01/07/2016

31/12/2016

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2017

30/06/2017

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2017

31/12/2017

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2018

30/06/2018

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2018

31/12/2018

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2019

30/06/2019

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2019

31/12/2019

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2020

30/06/2020

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2020

31/12/2020

0,00 %

8,00 %

8,00 %

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Is-sit web tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji: http://www.mef.gov.it

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Hemm diversi siti tal-web li jipprovdu softwer liberu biex jiġu kkalkolati l-interessi statutorji u l-interessi għall-inadempjenza.

L-aħħar aġġornament: 18/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.