

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Skont il-liġi Maltija, wieħed ma jarax li t-terminu “mgħax statutorju” iżda t-terminu użat minflok l-imgħax statutorju huwa dak ta’ “mgħax legali għal ħlas tardiv”. Din il-frażi tinstab fil-Kodiċi Kummerċjali ta' Malta li hija definita bħala “mgħax sempliċi għal ħlas tard b’rata li hija ekwivalenti għas-somma tar-rata ta’ referenza u mill-inqas tmienja fil-mija (8%)”.
Il-liġi Maltija tipprovdi biss għal rata tal-imgħax waħda u din hi ta’ tmienja fil-mija (8%). Il-bażi legali għal din ir-rata hija l-kodiċi kummerċjali, il-Kapitolu 13 tal-Liġijiet ta’ Malta, speċifikament skont it-Titolu II, is-sottotitlu IA tal-imsemmi kodiċi.
Il-kreditur huwa intitolat għal imgħax għall-ħlas tard mill-għada tad-data jew it-tmiem tal-perjodu għall-ħlas stabbilit fil-kuntratt. Madanakollu, fejn id-data jew il-perjodu għall-ħlas ma jkunux stabbiliti fil-kuntratt, il-kreditur huwa intitolat għall-imgħax għall-ħlas tard malli jiskadi kwalunkwe wieħed minn dawn il-limiti ta’ żmien:
Ir-rata ta’ referenza applikabbli għall-ewwel semestru tas-sena kkonċernata għandha tkun ir-rata fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena u t-tieni semestru tas-sena kkonċernata għandha tkun ir-rata fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.
Il-Kodiċi tal-Kummerċ ta' Malta, il-Kapitolu 13 tal-Liġijiet ta' Malta huwa disponibbli bla ħlas onlajn.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.