

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fin-Netherlands jeżisti l-imgħax statutorju. Dan huwa l-imgħax li kreditur jista’ jitlob legalment f’każ ta’ ħlas tardiv.
Issir distinzjoni bejn l-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet mhux kummerċjali (l-Artikolu 6:119 tal-Kodiċi Ċivili) u l-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet kummerċjali (l-Artikolu 6:119a tal-Kodiċi Ċivili).
L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet mhux kummerċjali japplika għall-ftehimiet kollha mal-konsumaturi jew l-individwi privati.
L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet kummerċjali japplika għall-ftehimiet kollha man-negozji u l-organizzazzjonijiet tal-gvern.
L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet mhux kummerċjali huwa ta’ 2 %. L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet kummerċjali huwa ta’ 8 %.
L-imgħax statutorju jista’ jkun soġġett għall-fluttwazzjonijiet.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.