

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Jekk Malta hija l-Istat rikjedenti, il-vidjokonferenzjar jista’ jintuża biss bħala l-aħħar għażla.
Le, m'hemm l-ebda restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata; ix-xhieda, l-esperti u l-partijiet kollha jistgħu jiġu eżaminati.
Huwa f’idejn il-qorti li tiddeċiedi x'inhu ammissibbli bħala evidenza.
Jekk Malta hija l-Istat rikjest il-persuna għandha tiġi eżaminata fil-qorti.
Iva s-seduti bil-vidjokonferenza jistgħu jiġu rrekordjati u teżisti l-faċilità.
(a) Jekk Malta hi l-Istat rikjest, it-talbiet għal seduti ta' smigħ skont l-Artikoli 10 sa 12 isiru bil-Malti jew bl-Ingliż;
(b) Jekk Malta hi l-Istat rikjedent, it-talbiet skont l-Artikolu 17 isiru bil-Malti jew bl-Ingliż.
Jekk Malta hi l-Istat rikjest u għalhekk se tisma’ x-xhieda, l-Artikolu 596(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta jgħid illi "Jekk il-qorti ma tkunx tifhem l-ilsien li bih tingħata x-xiehda, hija taħtar interpretu kwalifikat bi spejjeż provviżorji tal-parti li ġġib ix-xhud". L-interpretu, f’dan il-każ għandu jkun fil-post fejn ikun jinsab ix-xhud.
Jekk Malta hi l-Istat rikjedenti skont l-Artikolu 17 u fejn ikun hemm kumpilazzjoni diretta tal-provi, il-post fejn ikun l-interpretu jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-każ.
Meta ssir kumpilazzjoni tal-provi skont l-Artikoli 10 u 12 u jekk Malta tkun l-Istat rikjest, l-Artikolu 568(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jsostni li "Ix-xhieda jiġu mħarrkin biex jidhru bil-mezz ta’
mandat maħruġ fuq rikors tal-parti li trid iġgibhom". Għandu jitħalla xahar bejn seduta u oħra b’tali mod li jkun hemm biżżejjed ħin għan-notifika tax-xhud.
Skont l-Artikolu 17 meta Malta tkun l-Istat rikjedenti, hija l-Qorti li trid tiddeċiedi liema mezzi għandhom jintużaw sabiex jinnotifikaw lill-persuna li se tiġi eżaminata bil-post u l-ħin. Għandu jitħalla xahar bejn seduta u oħra b’tali mod li jkun hemm biżżejjed ħin għan-notifika tax-xhud.
Għandha titħallas tariffa ta’ EUR 100 li tkopri l-ewwel sagħtejn tal-konferenza;
Imbagħad titħallas tariffa ta' EUR 50 għal kull siegħa sussegwenti;
Japplikaw wkoll il-ħlas tat-tekniku ta’ EUR 58 fis-siegħa.
Qabel ma jagħti x-xhieda tiegħu, ix-xhud jiġi mwissi mill-qorti illi jekk ma jħossux komdu jixhed huwa għandu jgħarraf lill-qorti rikjesta b'dan il-fatt.
Il-persuna li se tiġi eżaminata tista’ tiġi mitluba mill-qorti biex turi l-passaport jew il-karta tal-identità tagħha qabel ma tagħti x-xhieda tagħha. Ix-xhud jiġi mgħarraf qabel is-seduta li għandu jġib miegħu wieħed minn dawn id-dokumenti.
Skont l-Artikolu 111 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili "Ix-xhud li jistqarr ir-reliġjon Kattolika Rumana għandu jaħlef kif hi d-drawwa ta’ dawk li huma ta’ dik ir-reliġjon; u x-xhud li ma jistqarrx dik ir-reliġjon għandu jaħlef bil-mod li huwa jidhirlu illi hu l-akbar rabta għall-kuxjenza tiegħu.”
Dawn li ġejjin huma l-persuni ta’ kuntatt:
Charles Calleja, Uffiċċju Tekniku Superjuri Awdjo Viżiv
Din il-persuna hija responsabbli biex tqabbad, tittestja u tgħin mil-lat tekniku matul il-vidjokonferenza.
Ikkuntattja + 356 25902375 — Uffiċċju fir-Raba' Sular, il-Qrati fil-Belt Valletta
Maria Ruth Ciantar, Disponibbltà tal-faċilità ta' VidjoKonferenza
Ikkuntattja + 356 25902391 — Uffiċċju fir-Raba' Sular, il-Qrati fil-Belt Valletta
Alan J. Darmanin, Skrivan
Ikkuntattja + 356 25902211 — Uffiċċju fir-Raba' Sular, il-Qrati fil-Belt Valletta
Qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ il-qorti rikjedenti trid:
a. Żona ta’ ħin
b. Appuntament għall-ittestjar (data u ħin)
c. IP fiss
d. Dettalji tal-persuna teknika ta' kuntatt tagħha
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.