

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Iva. Dan huwa pprovdut fi 38 qorti fl-Iskozja.
L-Artikoli 10 sa 12 u 17 japplikaw għar-rikorsi kollha li jaslu skont ir-Regolament 1206/2001. L-ebda proċedura lokali oħra ma tiġi applikata f’dawn il-każijiet.
Ma hemm l-ebda restrizzjoni dwar it-tip ta’ persuna li tista’ tiġi eżaminata.
Ma hemmx restrizzjonijiet statutorji. Jista’ jkun hemm restrizzjonijiet prattiċi (pereżempju, referenza għal oġġetti fiżiċi miżmuma mill-qorti rikjedenti li x-xhud ma jkollux aċċess għalihom).
Għal darb’oħra ma hemmx restrizzjonijiet statutorji. Fil-passat intużaw l-awli tal-qorti u kmamar oħrajn. L-akkomodazzjoni xierqa tiġi ddeterminata mix-Xeriff (Sheriff) u mill-Iskrivan tax-Xeriff (Sheriff Clerk) fil-qorti fejn jiġi ppreżentat ir-rikors.
Is-seduti jistgħu jiġu rreġistrati.
Fi kwalunkwe każ, peress li l-proċedimenti jistgħu jiġu rreġistrati minn kwalunkwe naħa tal-konnessjoni tal-vidjokonferenza, jista’ jkun aktar xieraq li l-qorti rikjedenti tirreġistra l-proċedimenti direttament.
Fiż-żewġ każijiet, il-lingwa prestabbilita hija l-Ingliż.
Jekk il-qorti rikjedenti tkun tixtieq lingwa differenti, ikun meħtieġ interpretu biex jittraduċi l-proċedimenti bl-Ingliż għall-benefiċċju ta’ dawk il-partijiet preżenti li ma jkunux jitkellmu l-lingwa tal-qorti rikjedenti.
Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament 1206/2001 il-qorti rikjesta għandha tagħmel l-arranġamenti għall-attendenza ta’ interpretu lokali.
In-notifika lill-partijiet issir mill-qorti lokali skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament 1206/2001. Din normalment issir permezz ta’ ittra rreġistrata tal-ewwel klassi.
Ġeneralment, japplikaw ir-regoli eżistenti dwar in-notifiki, jiġifieri tkun meħtieġa notifika ta’ mill-inqas 48 siegħa qabel. Madankollu, fil-prattika n-notifika tingħata ħafna aktar qabel peress li s-seduti normalment jiġu ffissati xi ġimgħat qabel.
Ġeneralment, kwalunkwe ħlas dovut lis-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) għall-użu tal-faċilitajiet tal-vidjokonferenzjar ma jiġix mgħoddi lil partijiet oħrajn.
Il-qorti rikjedenti toħroġ notifika kif xieraq fil-Formola A. Il-prattika normali hija li dik l-informazzjoni tiġi kkupjata fil-Formola F li mbagħad tiġi nnotifikata lix-xhud. Ma jiġi impost l-ebda rekwiżit ieħor mill-qorti lokali.
Ma hemmx proċedura fissa. Il-qorti rikjedenti tista’ tistipula ċerti affarijiet bħall-preżentazzjoni ta’ Passaport jew ta’ Liċenzja tas-Sewqan u dawn ir-rekwiżiti jiġu mgħoddija lix-xhud. Kwalunkwe evidenza dokumentarja tal-identità tiġi ċċekkjata f’dak il-jum b’mod li jissodisfa lill-qorti rikjedenti.
Jekk il-qorti rikjedenti tirrikjedi ġurament, il-qorti lokali tkun trid taf liema proċeduri jridu jiġu applikati mill-qorti rikjedenti (il-provvediment ta’ ktieb reliġjuż, pereżempju, jew il-kliem li għandu jintuża).
Jista’ jkun li l-qorti lokali tkun tixtieq ukoll li tagħti l-ġurament Skoċċiż iżda din hija kwistjoni li tkun fid-diskrezzjoni tax-Xeriff (Sheriff) li jippresjedi.
Bħala parti mill-ħidma preparatorja, il-qorti lokali tikseb id-dettalji ta’ kuntatt fil-qorti rikjedenti u tgħaddi dawk id-dettalji lit-Taqsima tal-Kunsinna tas-Servizz Elettroniku (Electronic Service Delivery Unit – ESDU) tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service).
L-ESDU mbagħad tikkoordina mal-qorti rikjedenti sabiex jistabbilixxu ħin u post għall-ittestjar tat-tagħmir. L-ESDU tattendi wkoll fil-jum tas-seduta sabiex tħaddem it-tagħmir lokali u tittratta kwalunkwe problema teknika.
Kwalunkwe rekwiżit partikolari għall-aċċess jew informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet mediċi li jistgħu jaffettwaw l-għażla tal-post jew il-ħin tas-seduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.