Din hija informazzjoni dwar l-istrutturi inkarigati mit-taħriġ ġudizzjarju fl-Istati Membri tal-UE, li ġiet provduta mill-istrutturi nfushom:
- Il-Belġju:
Minn Frar 2008, l-Istitut ta' Taħriġ Ġudizzjarju jorganizza sessjonijiet ta' taħriġ għall-imħallfin, prosekuturi pubbliċi, persunal tal-qorti u professjonijiet oħra tal-ordni ġudizzjarja. - Il-Bulgarija: factsheet dwar l-Istitut Nazzjonali tal-Ġustizzja (751 KB)
- Ir-Repubblika Ċeka: factsheet dwar l-Akkademja Ġudizzjarja (124 Kb)
- Id-Danimarka: factsheet dwar l-Amministrazzjoni tal-Qorti (120 Kb)
- Ġermanja:
L-Akkademja Ġudizzjarja Ġermaniża hi responsabbli għat-taħriġ kontinwu tal-imħallfin kollha u tal-prosekuturi pubbliċi kollha fuq livell nazzjonali. - L-Estonja: factsheet fuq id-Dipartiment tat-Taħriġ Ġudizzjarju tal-Qorti Suprema (122 Kb)
- L-Irlanda:
L-Istitut ta' Studji Ġudizzjarji jorganizza taħriġ, seminars u żjarar ta' studju għat-taqsima ġudizzjarja. Huwa marbut mas-Servizz tal-Qrati tal-Irlanda. - Il-Ġreċja: factsheet dwar l-Istitut Nazzjonali tal-Uffiċjali tal-Ġustizzja (137 Kb)
- Spanja:
factsheet dwar l-Iskola għall-Ġudikatura (131 Kb)
skeda informattiva dwar iċ-Ċentru tal-Istudji Legali (250 Kb) - Franza:
Factsheet dwar l-l-Iskola Nazzjonali għall-Ġudikatura (131 Kb)
Factsheet dwar l-l-Iskola Nazzjonali għall-Iskrivani (129 Kb) - Il-Kroazja:
Mill-1 ta' Jannar 2010, l-Akkademja Ġudizzjarja tal-Kroazja ilha topera bħala istituzzjoni pubblika li l-objettivi tagħha jinkludu sforzi biex torganizza programmi ta' taħriġ inizjali għal apprendisti f'korpi ġudizzjarji u kandidati għall-imħallfin u l-prosekuturi deputati (l-Iskola tal-Istat għall-programm tal-Uffiċjali Ġudizzjarji) u biex tiżgura taħriġ kontinwu professjonali għall-imħallfin u l-prosekuturi deputati. - L-Italja: factsheet dwar l-Iskola għall-Ġudikatura (136 Kb)
- Ċipru: factsheet dwar il-Qorti Suprema (130 Kb)
- Il-Latvja:
Iċ- Ċentru ta' Taħriġ Ġudizzjarju Latvjan ġie stabbilit biex jipprovdi taħriġ kontinwu għall-imħallfin, persunal tal-qorti, bailiffs u professjonisti legali oħra. - Il-Litwanja: factsheet dwar Ċentru ta' Taħriġ tal-Amministrattizzjoni Nazzjonali tal-Qorti (122 Kb)
- Il-Lussemburgu:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Lussemburgu huwa responsabbli għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-imħallfin u tal-prosekuturi pubbliċi. - L-Ungerija:
Il-Kunsill Nazzjonali Ungeriż tal-Ġustizzja huwa responsabbli għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-imħallfin.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali Ungeriż huwa responsabbli miċ-ċentru li jipprovdi taħriġ lill-prosekuturi u l-persunal tal-uffiċċji tal-prosekutur. - Malta: factsheet dwar il-Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji (117 Kb)
- Il-Pajjiżi l-Baxxi: factsheet dwar iċ-Ċentru tal-Istudji Ġudizzjarji (126 Kb)
- L-Awstrija: factsheet dwar id-dipartiment ta' taħriġ tal-imħallfin u l-prosekuturi tal-Ministeru tal-Ġustizzja (129 Kb)
- Il-Polonja: factsheet dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-Prosekuzzjoni Pubblika (133 Kb)
- Il-Portugall: factsheet dwar iċ-Ċentru għall-Istudji Ġudizzjarji (137 Kb)
- Ir-Rumanija: factsheet dwar l-Istitut Nazzjonali tal-Maġistratura (130 Kb)
- Is-Slovenja: factsheet dwar iċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Ġudizzjarja tal-Ministeru tal-Ġustizzja (135 Kb)
- Is-Slovakkja:
L-Akkademja Ġudizzjarja tas-Slovakkja torganizza taħriġ inizjali u kontinwu għall-imħallfin, il-prosekuturi pubbliċi u l-persunal tal-qorti. - Il-Finlandja:
L-unita' tat-Taħriġ tal-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Finlandja hi responsabbli li torganizza taħriġ għall-persunal tal-Ministeru għall-Ġustizzja u tal-Qrati. - L-Isvezja: factsheet dwar l-Akkademja għat-Taħriġ Ġudizzjarju tal-Qrati tal-Isvezja (132 Kb)
Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar il-korsijiet ta' taħriġ inizjali fl-Istati Membri jekk jogħġbok ikkonsulta l-proġett ta' websajt il-"Menu għall-Ġustizzja" billi tikklikkja hawn (informazzjoni dwar it-taħriġ inizjali tista' tkun aċċessata billi tagħżel "aċċess għas-sett ta' dejta tal-pajjiż").
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.