Dawn huma skedi informattivi li jiddeskrivu s-sistemi ta' taħriġ tal-avukati fl-Istati Membri tal-UE.. Dawn jistgħu jkunu utli għal kmamar tal-avukati nazzjonali u jgħinu jqabblu t-taħriġ mogħti lill-avukati li jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor.
- Il-Belġju:
Il-kmamar tal-avukati li jitkellmu l-Franċiż/Ġermaniż (393 KB) ul-Olandiż (392 KB) huma responsabbli biex jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. - Il-Bulgarija (209 KB)
- Ir-Repubblika Ċeka (333 KB)
Il-Kamra tal-Avukati u ditti jew kumpaniji legali huma responsabbli biex jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. Il-Kamra tal-Avukati ma tissorveljax it-taħriġ kontinwu iżda biss l-attivitajiet ta’ taħriġ tagħha stess. - Id-Danimarka (206 KB)
Il-perjodu ta’ induzzjoni jiġi organizzat minn uffiċċji legali jew ditti legali u mill-Kamra tal-Avukati u l-Għaqdiet tal-Avukati Daniżi. - Il-Ġermanja (230 KB)
Il-Kamra tal-Avukati Ġermaniża u l-Qrati tal-Appell huma responsabbli biex jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. It-taħriġ kontinwu jiġi ssorveljat minn Kmamar tal-Avukati Reġjonali, id-Deutsches Anwaltsinstitut u d-Deutsches Anwaltsakademie. - L-Estonja (226 KB)
Il-perjodu ta’ induzzjoni jiġi organizzat mill-Kamra tal-Avukati u l-universitajiet. It-taħriġ kontinwu jiġi ssorveljat mill-Kamra tal-Avukati. - L-Irlanda (221 KB)
Il-perjodu ta’ induzzjoni jiġi organizzat mill-Għaqdiet tal-Avukati u prattiki jew ditti legali privati. - Il-Greċja (221 KB)
Il-Kamra tal-Avukati u l-Ministeru tal-Ġustizzja huma responsabbli biex jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. - Spanja (492 KB)
Il-Kmamar tal-Avukati u l-universitajiet huma responsabbli biex jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. It-taħriġ kontinwu volontarju jingħata mill-Iskejjel tal-Prattika Legali. - Franza (675 KB)
Skejjel Reġjonali tal-Kmamar tal-Avukati u l-Kunsill Nazzjonali tal-Kmamar tal-Avukati Franċiżi huma responsabbli biex jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. It-taħriġ kontinwu jiġi ssorveljat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Kmamar tal-Avukati Franċiżi, il-Fondi interprofessjonali għat-taħriġ kontinwu tal-professjonijiet liberali u trejdjunjins professjonali tal-avukati. - Il-Kroazja (434 KB)
Il-Kamra tal-Avukati hija responsabbli biex torganizza l-perjodu ta’ induzzjoni u biex tissorvelja t-taħriġ kontinwu. - L-Italja (548 KB)
Kmamar tal-Avukati, fornituri tat-taħriġ privati, fornituri tat-taħriġ privati akkreditati mill-Kamra tal-Avukati, universitajiet u akkademji tal-avukati jew strutturi oħra stabbiliti mill-Kamra tal-Avukati jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. Il-Kamra tal-Avukati tissorvelja t-taħriġ kontinwu. - Ċipru (492 KB)
Il-Bord Legali tal-Kamra tal-Avukati jorganizza l-perjodu ta’ induzzjoni. - Il-Latvja (580 KB)
Uffiċċji legali jew ditti legali u istituzzjoni speċjali stabbilita mill-Kunsill tal-Avukati Ġuramentati jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. Il-Kunsill tal-Avukati Ġuramentati jissorvelja wkoll taħriġ kontinwu. - Il-Litwanja (490 KB)
Il-Kamra tal-Avukati u uffiċċji legali jew ditti legali jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. Il-Kamra tal-Avukati tissorvelja wkoll attivitajiet ta’ taħriġ kontinwu. - Il-Lussemburgu (377 KB)
Il-Kamra tal-Avukati u uffiċċji legali jew ditti legali jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. - L-Ungerija (577 KB)
Il-Kamra tal-Avukati torganizza l-perjodu ta’ induzzjoni. - Malta (495 KB)
Uffiċċji legali jew ditti legali privati jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. - In-Netherlands (553 KB)
Uffiċċji legali jew ditti legali fornituri tat-taħriġ privati, fornituri tat-taħriġ privati akkreditati mill-Kamra tal-Avukati u akkademji tal-avukati jew strutturi oħra stabbiliti mill-Kamra tal-Avukati jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. - L-Awstrija (486 KB)
Il-Kamra tal-AvukatiUffiċċji legali jew ditti legali fornituri tat-taħriġ privati, fornituri tat-taħriġ privati akkreditati mill-Kamra tal-Avukati, universitajiet u akkademji tal-avukati jew strutturi oħra ta’ taħriġ tal-Kamra tal-Avukati jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. - Il-Polonja (645 KB)
Il-Kamra tal-Avukati hija responsabbli biex torganizza l-perjodu ta’ induzzjoni u biex tissorvelja t-taħriġ kontinwu. - Il-Portugall (477 KB)
Il-Kamra tal-Avukati hija responsabbli biex torganizza l-perjodu ta’ induzzjoni. - Ir-Rumanija (496 KB)
L-Istitut Nazzjonali għat-Taħriġ u l-Iżvilupp u L-Unjoni tal-Kulleġġi tal-Konsulenti Legali Rumeni jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni tal-avukati u l-konsulenti legali rispettivament. - Is-Slovenja (478 KB)
- Is-Slovakkja (486 KB)
Il-Kamra tal-Avukati u uffiċċji legali jew ditti tal-avukati privati jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. - Il-Finlandja (467 KB)
Uffiċċji legali u ditti legali u uffiċċji pubbliċi tal-għajnuna legali huma inkarigati milli jorganizzaw il-perjodu ta’ induzzjoni. - L-Iżvezja (454 KB)
Il-Kamra tal-Avukati hija responsabbli biex torganizza l-perjodu ta’ induzzjoni u biex tissorvelja t-taħriġ kontinwu.
L-iskedi informattivi tpoġġew flimkien mill-Kunsill tal-Kmamar tal-Avukati u s-Soċjetajiet Legali tal-Ewropa (CCBE) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u l-Avukati tal-EIPA fil-qafas tal-Proġett pilota dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.