Din hija l-informazzjoni li tirrigwarda l-istrutturi nkarigati mit-taħriġ tal-persunal tal-qrati fl-Istati Membri tal-UE:
- Il-Belġju
(147 Kb)
:
It-taħriġ huwa organizzat mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja iżda pprovdut minn żewġ strutturi tas-settur pubbliku. - Il-Bulgarija
(148 Kb)
:
Il-Kunsill Ġudizzjarju Suprem u l-Kummissjoni tal-Istat dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni huma responsabbli biex jorganizzaw it-taħriġ. It-taħriġ jitwettaq minn taħlita ta' strutturi pubbliċi, privati u Ewropej - Ir-Repubblika Ċeka:
Il-qrati, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku u l-Ministeru tal-Ġustizzja huma responsabbli għat-taħriġ tal-assistenti ġudizzjarji(148 Kb)
, l-iskrivani tal-qorti superjuri
(147 Kb)
, u l-apprendisti ġudizzjarji
(147 Kb)
. It-taħriġ tipprovdih l-Akkademja Ġudizzjarja.
- Id-Danimarka
(138 Kb)
:
L-Amministrazzjoni tal-Qorti tad-Danimarka hija responsabbli biex torganizza t-taħriġ li jingħata mid-Domstolsstyrelsen. - Il-Ġermanja:
Fil-Bavarja, il-Ministeru Reġjonali tal-Ġustizzja huwa responsabbli biex jorganizza t-taħriġ tal-bailiffs(145 Kb)
u tal-persunal tas-sigurtà
(150 Kb)
It-taħriġ jipprovduh il-fornituri tat-taħriġ reġjonali u l-qrati. F'Berlin
(144 Kb)
, min-naħa l-oħra, l-organizzazzjoni u l-forniment tat-taħriġ huwa f'idejn il-Qorti tal-Appell. Fi Brandenburg
(142 Kb)
, il-qorti reġjonali hija responsabbli biex torganizza t-taħriġ. Hija tipprovdi wkoll taħriġ b'kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Ġustizzja reġjonali.
- L-Estonja
(141 Kb)
:
Il-Ministeru Nazzjonali tal-Ġustizzja huwa responsabbli għall-organizzazzjoni tat-taħriġ b'kollaborazzjoni mal-qrati. - L-Irlanda
(145 Kb)
:
Is-servizzi tal-qorti huma responsabbli biex jorganizzaw it-taħriġ, li jfornuh taħlita ta' strutturi pubbliċi u privati. - Il-Greċja
(143 Kb)
:
It-taħriġ tipprovdih struttura pubblika. - Spanja
(147 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja, minn fornitur pubbliku tat-taħriġ u minn entitajiet oħra. - Franza:
It-taħriġ tal-uffiċjali tal-qorti(146 Kb)
, l-assistenti amministrattivi
(144 Kb)
, l-uffiċjali amministrattivi
(144 Kb)
, l-iskrivani tal-qorti
(146 Kb)
u l-assistenti tekniċi
(144 Kb)
huwa organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja u tipprovdih l-"Ecole Nationale des Greffes".
- Il-Kroazja
(147 Kb)
:
Il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat huwa responsabbli biex jorganizza t-taħriġ li jingħata mill-Akkademja Ġudizzjarja tal-Kroazja. - L-Italja
(145 Kb)
:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja Nazzjonali huwa responsabbli kemm għall-organizzazzjoni kif ukoll għall-forniment tat-taħriġ. - Il-Latvja
(145 Kb)
:
L-Amministrazzjoni tal-Qorti torganizza t-taħriġ tal-persunal tal-qorti, li hija twassal b'kollaborazzjoni maċ-Ċentru ta' Taħriġ Ġudizzjarju Latvjan. - Il-Litwanja
(155 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti fil-Litwanja huwa organizzat mid-Dipartiment tas-Servizz Pubbliku u mill-Ministru tal-Intern. Il-fornituri tat-taħriġ huma l-qrati nazzjonali. - Il-Lussemburgu
(144 Kb)
:
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huwa nkarigat mill-organizzazzjoni tat-taħriġ, li jingħata mill-fornitur nazzjonali tat-taħriġ. - L-Ungerija:
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-qrati ta' ħatra huma responsabbli biex jorganizzaw it-taħriġ tal-iskrivani(144 Kb)
, is-segretarji ġudizzjarj
(138 Kb)
, il-ħaddiema manwali
(138 Kb)
u l-apprendisti
(141 Kb)
. L-Akkademja tal-Ġustizzja Ungeriża, xi drabi b'kollaborazzjoni mal-qrati ta' ħatra, hija l-fornitur tat-taħriġ.
- Malta
(160 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-qrati lokali u jingħata mill-istrutturi pubbliċi. - In-Netherlands
(141 Kb)
:
Il-Kunsill tal-Ġudikatura huwa responsabbli biex jorganizza t-taħriġ, li jingħata mill-fornitur nazzjonali tat-taħriġ b'kollaborazzjoni mal-qrati lokali. - l-Awstrija
(144 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u jipprovdih dan tal-aħħar b'kollaborazzjoni mal-Presidenzi tal-erba' Qrati tal-Appell. - Il-Polonja
(157 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-qrati lokali u jingħata mill-istrutturi pubbliċi: il-qrati nazzjonali, l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-Prosekuzzjoni Pubblika - Il-Portugall
(144 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja Nazzjonali. - Ir-Rumanija
(617 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur, mill-Kunsill Suprem tal-Maġistratura u mill-Iskola Nazzjonali tal-Iskrivani tal-Qorti. It-taħriġ jipprovduh diversi strutturi pubbliċi. - Is-Slovenja
(149 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat miċ-Ċentru għat-Taħriġ Ġudizzjarju. - Is-Slovakkja
(152 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja permezz tal-Akkademja Ġudizzjarja. - Il-Finlandja
(139 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill- Ministeru tal-Ġustizzja b'kollaborazzjoni mal-qrati. - L-Iżvezja
(441 KB)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-qrati lokali u minn fornitur tat-taħriġ nazzjonali. Il-qrati lokali huma responsabbli biex jagħtu t-taħriġ.
L-aħħar aġġornament:
01/02/2020
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.